Skip to main content

l-Avviż dwar il-Privatezza tagħna

(A) Dan l-Avviż

Sommarju - Dan l-Avviż

Dan l-Avviż jispjega kif Nipproċessaw id-Data Personali. Dan l-Avviż jista’ jiġi emendat jew aġġornat minn żmien għal żmien, għalhekk jekk jogħġbok iċċekkjah regolarment għal aġġornamenti.

Dan l-Avviż huwa maħruġ minn Husqvarna AB (publ.) f’ismu stess, is-sussidjarji tiegħu u l-affiljati tiegħu (flimkien, ‟Husqvarna Group”, ‟aħna” u ‟tagħna”) u huwa indirizzat lill-individwi barra mill-organizzazzjoni tagħna li magħhom ninteraġixxu, inklużi klijenti, dawk li jżuru s-Siti tagħna, utenti tal-Apps tagħna, utenti oħra tal-prodotti jew is-servizzi tagħna, dawk li japplikaw għal impjieg, u dawk li jżuru l-bini tagħna (flimkien, ‟intom”). It-termini definiti użati f’dan l-Avviż huma spjegati fit-Taqsima (B) hawn taħt.

Id-dettalji tal-kontrolluri rilevanti taħt dan l-Avviż tal-Privatezza huma pprovduti fit-Taqsima (W) hawn taħt. Id-dispożizzjonijiet kollha speċifiċi għal pajjiżi partikolari jinsabu fl-Appendiċi 1. Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-app, is-servizz jew il-prodott huma stabbiliti fl-Appendiċi 2.

Dan l-Avviż jista’ jiġi emendat jew aġġornat minn żmien għal żmien biex jirrifletti tibdil fil-prattiki tagħna fir-rigward tal-Ipproċessar tad-Data Personali, jew tibdil fil-liġi applikabbli. Aħna ninkoraġġuk biex taqra dan l-Avviż b’attenzjoni, u biex tiċċekkja din il-paġna b’mod regolari biex tirrevedi kwalunkwe tibdil li nistgħu nagħmlu b’mod konformi mat-termini ta’ dan l-Avviż.

(B) Definizzjonijiet

  • App” tfisser kwalunkwe applikazzjoni ta’ software disponibbli minna (inkluż fejn aħna nipprovdu applikazzjonijiet bħal dawn permezz ta’ ħwienet ta’ partijiet terzi jew swieq, jew bi kwalunkwe mezz ieħor) .
  • Ġurisdizzjoni Adegwata” tfisser ġurisdizzjoni li ġiet maħtura formalment mill-Kummissjoni Ewropeajew Awtorità Ewropea ta’ Protezzjoni tad-Databħala li tipprovdi livell adegwat ta’ protezzjoni għad-Data Personali.
  • Cookie” tfisser fajl żgħir li jitqiegħed fuq l-apparat tiegħek meta inti żżur sit web (inklużi s-Siti tagħna). F’dan l-Avviż, referenza għal ‟Cookie” tinkludi teknoloġiji simili bħal web beacons u GIFs ċari.
  • “Kontrollur” tfisser l-entità li tiddeċiedi kif u għaliex tiġi Pproċessata d-Data Personali. F’ħafna ġurisdizzjonijiet, il-Kontrollur għandu r-responsabbiltà primarja li jikkonforma mal-liġijiet applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.
  • Awtorità tal-Protezzjoni tad-Data” tfisser awtorità pubblika indipendenti li hija legalment fdata bis-sorveljanza tal-konformità mal-liġijiet applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.
  • ŻEE” tfisser iż-Żona Ekonomika Ewropea.
  • Fan Page” għandha t-tifsira mogħtija lilha fit-Taqsima (V).
  • Data Personali” tfisser informazzjoni li hija dwar kwalunkwe individwu, jew li minnha kwalunkwe individwu jkun direttament jew indirettament identifikabbli, b’mod partikolari b’referenza għal identifikatur bħal isem, numru ta’ identifikazzjoni, data tal-post, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiku għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta’ dak l-individwu.
  • Proċess”, ‟Ipproċessar” jew ‟Ipproċessat” tfisser dak kollu li jsir fir-rigward ta’ kwalunkwe Data Personali, kemm jekk b’mezzi awtomatizzati kif ukoll jekk le, bħall-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħżin, l-adattament jew it-tibdil, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar permezz tat-trażmizzjoni, id-dissemminazzjoni jew inkella d-disponibbiltà, l-allinjament jew kombinament, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda.
  • Proċessur” tfisser kwalunkwe persuna jew entità li Tipproċessa d-Data Personali f’isem il-Kontrollur (għajr l-impjegati tal-Kontrollur).
  • Tfassil ta’ Profil” tfisser kwalunkwe forma tal-Ipproċessar tad-Data Personali awtomatizzata li tikkonsisti mill-użu tad-Data Personali biex jiġu evalwati ċerti aspetti personali relatati ma’ persuna fiżika, b’mod partikolari biex jiġu analizzati jew imbassra aspetti li jikkonċernaw il-prestazzjoni ta’ dik il-persuna fiżika fuq il-post tax-xogħol, is-sitwazzjoni ekonomika, is-saħħa, il-preferenzi personali, l-interessi, l-affidabbiltà, l-imġiba, il-pożizzjoni jew il-movimenti.
  • Data Personali Rilevanti” tfisser Data Personali fir-rigward ta’ liema aħna l-Kontrollur.
  • Data Personali Sensittiva” tfisser Data Personali dwar razza jew etniċità, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku, sħubija ma’ trade union, saħħa fiżika jew mentali, ħajja sesswali, kwalunkwe reati kriminali jew penalitajiet attwali jew allegati,reati jew penalitajiet amministrattivi,  in-numru tal-identifikazzjoni nazzjonali,jew kwalunkwe informazzjoni dwar l-għajnuna soċjali jew kwalunkwe informazzjoni oħra li titqies bħala sensittiva skont il-liġi applikabbli.
  • Klawżoli Kuntrattwali Standard” tfisser mudell ta’ klawżoli ta’ trasferiment adottat mill-Kummissjoni Ewropea jew adottat minn Awtorità tal-Protezzjoni tad-Datau approvat mill-Kummissjoni Ewropea jew l-Awtorità tal-Protezzjoni tad-Data.
  • Sit” tfisser kwalunkwe sit web operat, jew miżmum, minna jew f’isimna.

(C) Ġbir tad-Data Personali

Sommarju – Il-Ġbir tad-Data Personali

Aħna niġbru jew niksbu d-Data Personali: meta dik id-data tiġi pprovduta lilna matul ir-relazzjoni tagħna miegħek; meta tagħmel id-Data Personali tiegħek pubblika; meta tniżżel, tinstalla, jew tuża kwalunkwe waħda mill-Apps tagħna; meta żżur is-Siti tagħna; meta tirreġistra biex tuża kwalunkwe wieħed mis-Siti, l-Apps, il-prodotti, jew is-servizzi tagħna; jew meta tinteraġixxi ma’ kwalunkwe kontenut ta’ parti terza jew tirreklama fuq Sit jew f’App. Aħna nistgħu nirċievu wkoll Data Personali dwarek minn partijiet terzi.

Il-ġbir tad-Data Personali: Aħna niġbru jew niksbu d-Data Personali dwarek mis-sorsi li ġejjin:

  • Data li int tipprovdilna: Aħna niksbu Data Personali meta dik id-data tiġi pprovduta lilna (eż. meta tikkuntattjana bl-email jew it-telefown, jew bi kwalunkwe mezz ieħor, meta tipprovdina bil-business card tiegħek, meta tissottometti applikazzjoni għal xogħol, meta tidħol f’kompetizzjoni jew tipparteċipa f’kampanja promozzjonali, meta tissottometti reċensjoni fuq prodott jew testimonial fuq is-Siti tagħna jew fl-Apps tagħna, jew meta taqbel li tikkondividi ritratti u vidjos tiegħek innifsek u eż. il-lawn tiegħek).
  • Id-data dwar ir-relazzjonI: Aħna niġbru jew niksbu d-Data Personali dwarek fil-perkors normali tar-relazzjoni tagħna miegħek (eż., aħna nibagħtu kwotazzjoni jew nipprovdu servizz lilek, jew lil min iħaddmek, il-fornituri tas-servizzi tagħna jipproċessaw l-ordnijiet fi ħwienet online u sussegwentement jipprovdulna d-data assoċjata, aħna nirċievu informazzjoni dwar il-pagament jew notifiki tal-kunsinna).
  • Id-data li tagħmel disponibbli għall-pubbliku: Aħna niġbru jew niksbu d-Data Personali li inti tagħżel b’mod ċar li tippubblika, inkluż permezz tal-midja soċjali (eż., aħna nistgħu niġbru informazzjoni mill-profil(i) tal-midja soċjali tiegħek, jekk inti ttella’ post pubbliku dwarna.
  • Id-data tal-App: Aħna niġbru jew niksbu d-Data Personali meta tniżżel jew tuża kwalunkwe wieħed mill-Apps tagħna, inkluż meta tuża App b’konnessjoni ma’ Automower jew lawnmower robotiku ieħor, jew kwalunkwe wieħed mill-prodotti jew servizzi l-oħra tagħna.
  • Id-data tas-Sit: Aħna niġbru jew niksbu d-Data Personali meta żżur kwalunkwe wieħed mis-Siti tagħna jew tuża karatteristiċi jew riżorsi disponibbli fuq jew permezz ta’ Sit (data dwar il-konnessjoni teknika, eż. il-paġna tal-web speċifika li aċċessajt, l-indirizz IP tiegħek, id-data u l-ħin tal-aċċess, l-apparat finali użat, data dwar il-konfigurazzjoni tal-brawżer).
  • Dettalji tar-reġistrazzjoni u data tal-użu: Aħna niġbru jew niksbu d-Data Personali meta inti tuża, jew tirreġistra biex tuża, kwalunwke wieħed mis-Siti, l-Apps, il-prodotti jew is-servizzi tagħna.
  • Kontenut u informazzjoni ta’ reklamar: Jekk inti tagħżel li tinteraġixxi ma’ kwalunkwe kontenut jew reklamar ta’ parti terza fuq Sit jew f’App, aħna nirċievu Data Personali dwarek mill-parti terza rilevanti.
  • Informazzjoni ta’ parti terza: Aħna niġbru jew niksbu d-Data Personali minn partijiet terzi li jipprovduhielna (eż., aġenziji ta’ referenza ta’ kreditu; awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi; fornituri tal-midja soċjali; eċċ.).
  • Data tal-intraċċar: Aħna nistgħu niġbru jew niksbu d-Data Personali permezz tal-intraċċar tal-paġni tal-web u l-intraċċar tal-bullettini.

(D) Ħolqien tad-Data Personali

Sommarju – Il-ħolqien tad-Data Personali

Aħna noħolqu d-Data Personali dwarek (eż., rekords tal-interazzjonijiet tiegħek magħna).

Aħna noħolqu wkoll id-Data Personali dwarek f’ċerti ċirkostanzi, bħal rekords tal-interazzjonijiet tiegħek magħna, u dettalji dwar l-istorja tax-xiri tiegħek.

(E) Kategoriji tad-Data Personali li Nipproċessaw

Sommarju – Kategoriji ta’ Data Personali li Nipproċessaw

Aħna Nipproċessaw: id-dettalji personali tiegħek (eż., ismek); id-data demografika (eż., l-età tiegħek); id-dettalji ta’ kuntatt tiegħek (eż., l-indirizz tiegħek); ir-rekords tal-kunsens tiegħek; id-dettalji dwar ix-xiri; id-dettalji tal-pagamenti (eż., l-indirizz fejn jintbagħat il-kont tiegħek); informazzjoni dwar is-Siti u l-Apps tagħna (eż., it-tip ta’ apparat li qed tuża);id-data tal-prodott;  id-dettalji tal-impjegatur tiegħek (fejn rilevanti); informazzjoni dwar l-interazzjonijiet tiegħek mal-kontenut jew ir-reklamar tagħna;u l-opinjonijiet tiegħek li inti tipprovdilna.

Aħna nistgħu Nipproċessaw il-kategoriji li ġejjin ta’ Data Personali dwarek sakemm ikollna bażi legali applikabbli:

  • Dettalji personali: isem/ismijiet mogħtija; isem preferut; ritratti, vidjos u reġistrazzjonijiet tal-vuċi.
  • Informazzjoni demografika: il-ġeneru; id-data tat-twelid / l-età; in-nazzjonalità; kif tiġi indirizzat; it-titolu; u l-preferenzi tal-lingwa.
  • Id-dettalji ta’ kuntatt: l-indirizz ta’ korrispondenza; l-indirizz tal-konsenja; in-numru tat-telefon; in-numru tal-fax; l-indirizz tal-email; id-dettalji tal-Assistenti Personali, fejn applikabbli; id-dettalji tal-app tal-messenger; id-dettalji tal-online messaging; u d-dettalji tal-midja soċjali.
  • Ir-rekords ta’ kunsens: ir-rekords ta’ kwalunwke kunsens li tkun tajt, flimkien mad-data u l-ħin, il-mezz tal-kunsens u kwalunwke informazzjoni relatata (eż., is-suġġett tal-kunsens).
  • Id-dettalji tax-xiri: ir-rekords tax-xiri u l-prezzijiet; u l-isem tal-konsenjatarju, l-indirizz, in-numru tat-telefon ta’ kuntatt u l-indirizz tal-email.
  • Id-dettalji tal-pagament: ir-rekords tal-fattura; ir-rekords tal-pagament; l-indirizz fejn jintbagħat il-kont; il-metodu tal-pagament; in-numru tal-kont bankarju jew in-numru tal-karta ta’ kreditu; l-isem tad-detentur tal-kard jew tad-detentur tal-kont; id-dettalji ta’ sigurtà tal-kard jew tal-kont; id-data ‟valida minn” tal-kard; id-data tal-iskadenza tal-kard; id-dettalji BACS; id-dettalji SWIFT; id-dettalji tal-IBAN; l-ammont tal-pagament; id-data tal-pagament; u r-rekords taċ-ċekkijiet.
  • Id-Data relatata mas-Siti u l-Apps tagħna: tip ta’ apparat; sistema operattiva; tip ta’ brawżer; settings tal-brawżer; indirizz tal-IP; settings tal-lingwa; dati u ħinijiet ta’ konnessjoni għal Sit jew App; settings; data tal-post, u informazzjoni ta’ komunikazzjoni teknika oħra (xi wħud minnhom jista’ jkollhom Data Personali); username; password; dettalji tal-login ta’ sigurtà; data tal-użu; informazzjoni statistika aggregata.
  • Data tal-prodott: meta tuża xi wħud mill-prodotti tagħna, eż. magna robotika għall-qtugħ tal-ħaxix tal-lawn il-prodott jiġbor jew jikseb Data Personali, inklu data tal-post.
  • Id-dettalji tal-Impjegatur: meta inti tinteraġixxi magħna fil-kapaċità tiegħek bħala impjegat ta’ parti terza, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon u l-indirizz tal-email tal-impjegatur tiegħek, sal-punt rilevanti.
  • Il-kontenut u d-data tar-reklamar: ir-rekords tal-interazzjonijiet tiegħek mar-reklamar u l-kontenut online tagħna, ir-rekords tar-reklamar u l-kontenut murija fuq paġni jew skrins tal-Apps murija lilek, u kwalunkwe interazzjoni li seta’ kellek ma’ dan il-kontenut jew ir-reklamar (eż., għaddejt minn fuqhom bil-maws, klikks tal-maws, kwalunkwe formola li tkun imlejt kompletament jew parzjalment) u kwalunkwe interazzjonijiet tat-touchscreen.
  • Opinjonijiet: kwalunkwe opinjonijiet li inti tagħżel li tibagħtilna, jew tippubblika dwarna fuq il-pjattaformi tal-midja soċjali.

(F) Data Personali Sensittiva

Sommarju – Data Personali Sensittiva

Aħna ma nfittxux li niġbru jew inkella Nipproċessaw Data Personali Sensittiva. Fejn ikun meħtieġ li Nipproċessaw Data Personali Sensittiva għal għan leġittimu, nagħmlu dan b’mod konformi mal-liġi applikabbli.

Aħna ma nfittxux li niġbru jew inkella Nipproċessaw Data Personali Sensittiva matul il-perkors normali tan-negozju tagħna. Fejn isir neċessarju li Nipproċessaw id-Data Personali Sensittiva tiegħek għal kwalunkwe raġuni, aħna niddependu fuq waħda mill-bażijiet legali li ġejjin:

  • Konformità mal-liġi applikabbli: Aħna nistgħu Nipproċessaw id-Data Personali Sensittiva tiegħek meta l-Ipproċessar ikun meħtieġ jew permess mil-liġi applikabbli (eż., għal konformità mal-obbligi tar-rappurtar tad-diversità tagħna);
  • L-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża tad-drittijiet legali: Aħna nistgħu Nipproċessaw id-Data Personali Sensittiva tiegħek meta l-Ipproċessar ikun meħtieġ għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża tad-drittijiet legali;
  • Kunsens: Aħna nistgħu Nipproċessaw id-Data Personali Sensittiva tiegħek meta nkunu, b’mod konformi mal-liġi applikabbli, ksibna l-kunsens espress minn qabel tiegħek, qabel l-Ipproċessar tad-Data Personali Sensittiva tiegħek (din il-bażi legali tintuża biss fir-rigward tal-Ipproċessar li huwa kompletament volontarju – ma tintużax għal Ipproċessar li huwa neċessarju jew obbligatorju bi kwalunkwe mod); jew
  • Manifestament magħmula pubblika: Aħna nistgħu Nipproċessaw id-Data Personali Sensittiva tiegħek meta l-Ipproċessar ta’ tali Data Personali jkun relatat ma’ data li tkun ġiet manifestament magħmula pubblika minnek bħala suġġett tad-data, eż., fuq il-Paġni tas-Segwaċi tagħna fuq il-midja soċjali.

Jekk tipprovdilna d-Data Personali Sensittiva, inti trid tiżgura li jkun legali li tiżvela din id-data lilna, u inti trid tiżgura bażi legali valida li tapplika għall-Ipproċessar ta’ dik id-Data Personali Sensittiva.

(G) L-Għanijiet tal-Ipproċessar u l-bażijiet legali għall-Ipproċessar

Sommarju – L-għanijiet tal-Ipproċessar u l-bażijiet legali għall-Ipproċessar

Aħna Nipproċessaw id-Data Personali għall-finijiet li ġejjin: biex nipprovdulek is-Siti, l-Apps, il-prodotti, u s-servizzi tagħna; noperaw in-negozju tagħna; nikkomunikaw miegħek; nippermettu l-konnettività tal-prodotti u s-servizzi tagħna; noperaw Paġni tas-Segwaċi fuq il-pjattaformi tal-midja soċjali; nimmaniġġjaw is-sistemi tal-informatika tagħna; għas-saħħa u s-sigurtà; għall-ġestjoni finanzjarja; għat-twettiq ta’ stħarriġ; għall-iżgurar tas-sigurtà tal-bini u s-sistemi tagħna; għat-twettiq ta’ investigazzjonijiet fejn meħtieġ; għall-konformità mal-liġi applikabbli; għat-titjib tas-Siti, l-Apps, il-prodotti u s-servizzi tagħna; għall-prevenzjoni tal-frodi; u għar-reklutaġġ u l-applikazzjonijiet għall-impjiegi.

L-għanijiet li għalihom Nipproċessaw id-Data Personali, soġġett għal-liġi applikabbli, u l-bażijiet legali li fuqhom inwettqu dan l-Ipproċessar, huma kif ġej:

L-attività tal-ipproċessarIl-bażi legali għall-Ipproċessar
  • Il-provvista ta’ Siti, Apps, prodotti u servizzi: il-provvista tas-Siti, l-Apps, il-prodotti jew is-servizzi tagħna; il-provvista ta’ oġġetti promozzjonali fuq talba; u l-komunikazzjoni miegħek fir-rigward ta’ dawk is-Siti, l-Apps, il-prodotti, jew is-servizzi.
  • L-Ipproċessar huwa meħtieġ b’konnessjoni ma’ kwalunkwe kuntratt li inti stajt dħalt fih magħna, jew biex tieħu passi qabel ma tidħol f’kuntratt magħna; jew
  • Aħna għandna interess leġittimu fit-twettiq tal-Ipproċessar bil-għan li nipprovdulek is-Siti tagħna, l-Apps tagħna, il-prodotti tagħna, jew is-servizzi tagħna (sal-punt li dan l-interess leġittimu ma jiġix megħlub mill-interessi, id-drittijiet fundamentali, jew il-libertajiet tiegħek); jew
  • Aħna ksibna l-kunsens minn qabel tiegħek għall-Ipproċessar (din il-bażi legali tintuża biss fir-rigward tal-Ipproċessar li huwa kompletament volontarju – ma tintużax għal Ipproċessar li jkun neċessarju jew obbligatorju bi kwalunkwe mod).
  • L-operat tan-negozju tagħna:l-operat u l-ġestjoni tas-Siti tagħna, l-Apps tagħna, il-prodotti tagħna, u s-servizzi tagħna; il-provvista tal-kontenut lilek; il-wiri tar-reklamar u informazzjoni oħra lilek; il-komunikazzjoni u l-interazzjoni miegħek permezz tas-Siti tagħna, l-Apps tagħna, il-prodotti tagħna, jew is-servizzi tagħna; u li inti tiġi nnotifikat dwar it-tibdil lil kwalunkwe wieħed mis-Siti tagħna, l-Apps tagħna, il-prodotti tagħna, jew is-servizzi tagħna.
  • L-Ipproċessar huwa meħtieġ b’konnessjoni ma’ kwalunkwe kuntratt li inti stajt dħalt fih magħna, jew biex tieħu passi qabel ma tidħol f’kuntratt magħna; jew
  • Aħna għandna interess leġittimu fit-twettiq tal-Ipproċessar bil-għan li jiġu operati u ġestiti s-Siti tagħna, l-Apps tagħna, il-prodotti tagħna, jew is-servizzi tagħna lilek (sal-punt li dan l-interess leġittimu ma jiġix megħlub mill-interessi, id-drittijiet fundamentali, jew il-libertajiet tiegħek); jew
  • Aħna ksibna l-kunsens minn qabel tiegħek għall-Ipproċessar (din il-bażi legali tintuża biss fir-rigward tal-Ipproċessar li huwa kompletament volontarju – ma tintużax għall-Ipproċessar li huwa neċessarju jew obbligatorju bi kwalunkwe mod).
  • Komunikazzjonijiet u kummerċjalizzazzjoni: il-komunikazzjoni miegħek bi kwalunkwe mezz (inkluż permezz ta’ email, it-telefon, messaġġ b’test, il-midja soċjali, il-posta jew b’mod personali) aħbarijiet u informazzjoni oħra li tista’ tinteressak, dejjem soġġett għall-kisba tal-kunsens ta’ inklużjoni minn qabel tiegħek sal-punt meħtieġ skont il-liġi applikabbli; iż-żamma u l-aġġornament tal-informazzjoni ta’ kuntatt tiegħek fejn xieraq, u l-kisba tal-kunsens ta’ inklużjoni minn qabel tiegħek fejn meħtieġ.
  • L-Ipproċessar huwa meħtieġ b’konnessjoni ma’ kwalunkwe kuntratt li inti stajt dħalt fih magħna, jew biex tieħu passi qabel ma tidħol f’kuntratt magħna; jew
  • Aħna għandna interess leġittimu fit-twettiq tal-Ipproċessar bil-għan li nikkuntattjawk, soġġett dejjem għal konformità mal-liġi applikabbli (sal-punt li dan l-interess leġittimu ma jiġix megħlub mill-interessi, id-drittijiet fundamentali, jew il-libertajiet tiegħek); jew
  • Aħna ksibna l-kunsens minn qabel tiegħek għall-Ipproċessar (din il-bażi legali tintuża biss fir-rigward tal-Ipproċessar li huwa kompletament volontarju – ma tintużax għall-Ipproċessar li huwa neċessarju jew obbligatorju bi kwalunkwe mod).
  • Ninkluduk fil-kontenut u r-reklamar tagħna: Nużaw ir-ritratti, il-vidjos u r-reġistrazzjonijiet tal-vuċi tiegħek fil-kontenut online tagħna u l-kampanji ta’ marketing online tagħna u f’midja tradizzjonali.
  • L-Ipproċessar huwa meħtieġ b’konnessjoni ma’ kwalunkwe kuntratt li inti stajt dħalt fih magħna, jew biex tieħu passi qabel ma tidħol f’kuntratt magħna.
  • Aħna ksibna l-kunsens minn qabel tiegħek għall-Ipproċessar (din il-bażi legali tintuża biss fir-rigward tal-Ipproċessar li huwa kompletament volontarju – ma tintużax għall-Ipproċessar li huwa neċessarju jew obbligatorju bi kwalunkwe mod).
     
  • Biex inżommu paġni ta’ rappreżentazzjoni tal-kumpanija (“Paġni tas-Segwaċi”) fuq il-midja soċjali u pjattaformi oħra ta’ partijiet terzi.
  • Aħna ksibna l-kunsens minn qabel tiegħek għall-Ipproċessar (din il-bażi legali tintuża biss fir-rigward tal-Ipproċessar li huwa kompletament volontarju – ma tintużax għall-Ipproċessar li huwa neċessarju jew obbligatorju bi kwalunkwe mod).
  • L-Ipproċessar huwa meħtieġ b’konnessjoni ma’ kwalunkwe kuntratt li inti stajt dħalt fih magħna, jew biex tieħu passi qabel ma tidħol f’kuntratt magħna.
  • Aħna għandna interess leġittimu fit-twettiq tal-Ipproċessar għall-finijiet tal-kummerċjalizzazzjoni u l-promozzjoni tal-prodotti u s-servizzi tagħna, biex nagħmlu possibbli mezzi eħfef ta’ komunikazzjoni, niskambjaw id-data, nappoġġjaw ir-relazzjonijiet pubbliċi u l-avvenimenti, niffaċilitaw ir-reklutaġġ u nottimizzaw il-preżenza tagħna fuq il-midja soċjali (sal-punt li tali interess leġittimu ma jkunx megħlub mill-interessi, id-drittijiet fundamentali jew il-libertajiet tiegħek).
  • Biex nippermettu l-konnettività tal-prodott(i) u servizz(i) ta’ Husqvarna Group tiegħek (l-Internet tal-Oġġetti): uża assistenti intelliġenti inkluż apparat li jista’ jiġi kkontrollat bil-vuċi; uża l-pjattaformi tal-konnettività biex tqabbad il-prodott(i) u s-servizz(i) tiegħek ma’ apparat, apps, u servizzi ta’ partijiet terzi; u ibni l-integrazzjoni mal-ismart home proprja tiegħek.
  • L-Ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq tal-kuntratt li inti dħalt fih magħna, jew biex tieħu passi qabel ma tidħol f’kuntratt magħna;
  • Aħna għandna interess leġittimu fit-twettiq tal-Ipproċessar bil-għan li niżguraw il-funzjonalità kif suppost u biex intejbu dawn il-karatteristiċi (sal-punt li dan l-interess leġittimu ma jiġix megħlub mill-interessi, id-drittijiet fundamentali, jew il-libertajiet tiegħek).
  • Il-ġestjoni tas-sistemi tal-IT:il-ġestjoni u l-operat tas-sistemi tal-komunikazzjonijiet, tal-IT u tas-sigurtà tagħna; u l-awditi (inklużi l-awditi ta’ sigurtà) u l-monitoraġġ ta’ dawn is-sistemi.
  • L-Ipproċessar huwa meħtieġ għal konformità ma’ obbligu legali; jew
  • Aħna għandna interess leġittimu fit-twettiq tal-Ipproċessar bil-għan li nimmaniġġjaw u nżommu s-sistemi ta’ komunikazzjoni u tal-IT tagħna (sal-punt li dan l-interess leġittimu ma jiġix megħlub mill-interessi, id-drittijiet fundamentali, jew il-libertajiet tiegħek).
  • Is-saħħa u s-sigurtà:il-valutazzjonijiet tas-saħħa u tas-sigurtà u ż-żamma tar-rekords; il-provvista ta’ ambjent sigur u sikur fil-bini tagħna; u l-konformità ma’ obbligi legali relatati.
  • L-Ipproċessar huwa meħtieġ għal konformità ma’ obbligu legali; jew
  • Aħna għandna interess leġittimu fit-twettiq tal-Ipproċessar bil-għan li nipprovdu ambjent sigur u sikur fil-bini tagħna (sal-punt li dan l-interess leġittimu ma jiġix megħlub mill-interessi, id-drittijiet fundamentali, jew il-libertajiet tiegħek); jew
  • L-Ipproċessar ikun meħtieġ biex jiġu protetti l-interessi vitali ta’ kwalunkwe individwu.
  • Il-ġestjoni finanzjarja:il-bejgħ; il-finanzi; l-awditu korporattiv; u l-ġestjoni tal-bejjiegħ.
  • Aħna għandna interess leġittimu fit-twettiq tal-Ipproċessar bil-għan li nimmaniġġjaw u noperaw l-affarijiet finanzjarji tan-negozju tagħna (sal-punt li dan l-interess leġittimu ma jiġix megħlub mill-interessi, id-drittijiet fundamentali, jew il-libertajiet tiegħek); jew
  • Aħna ksibna l-kunsens minn qabel tiegħek għall-Ipproċessar (din il-bażi legali tintuża biss fir-rigward tal-Ipproċessar li huwa kompletament volontarju – ma tintużax għall-Ipproċessar li huwa neċessarju jew obbligatorju bi kwalunkwe mod).
  • Stħarriġ:l-involviment miegħek bil-għan li niksbu l-opinjonijiet tiegħek dwar is-Siti tagħna, l-Apps tagħna, il-prodotti tagħna, jew is-servizzi tagħna.
  • Aħna għandna interess leġittimu fit-twettiq tal-Ipproċessar bil-għan li nwettqu stħarriġ, rapporti ta’ sodisfazzjoni u riċerka dwar is-suq (sal-punt li dan l-interess leġittimu ma jiġix megħlub mill-interessi, id-drittijiet fundamentali, jew il-libertajiet tiegħek); jew
  • Aħna ksibna l-kunsens minn qabel tiegħek għall-Ipproċessar (din il-bażi legali tintuża biss fir-rigward tal-Ipproċessar li huwa kompletament volontarju – ma tintużax għall-Ipproċessar li huwa neċessarju jew obbligatorju bi kwalunkwe mod).
  • Is-sigurtà: is-sigurtà fiżika tal-bini tagħna (inklużi rekords taż-żjarat lill-bini tagħna); reġistrazzjonijiet tas-CCTV; u sigurtà elettronika (inklużi rekords tal-login u dettalji tal-aċċess).
  • L-Ipproċessar huwa meħtieġ għal konformità ma’ obbligu legali; jew
  • Aħna għandna interess leġittimu fit-twettiq tal-Ipproċessar bil-għan li niżguraw is-sigurtà fiżika u elettronika tan-negozju u l-bini tagħna (sal-punt li dan l-interess leġittimu ma jiġix megħlub mill-interessi, id-drittijiet fundamentali, jew il-libertajiet tiegħek).
  • Investigazzjonijiet:l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta’ ksur ta’ politika, u reati kriminali, b’mod konformi mal-liġi applikabbli.
  • L-Ipproċessar huwa meħtieġ għal konformità ma’ obbligu legali; jew
  • Aħna għandna interess leġittimu fit-twettiq tal-Ipproċessar bil-għan li nidentifikaw, u nipproteġu kontra ksur tal-politiki tagħna u l-liġijiet applikabbli (sal-punt li dan l-interess leġittimu ma jiġix megħlub mill-interessi, id-drittijiet fundamentali, jew il-libertajiet tiegħek).
  • Il-proċedimenti legali:l-istabbiliment, l-eżerċizzju u d-difiża ta’ drittijiet legali.
  • L-Ipproċessar huwa meħtieġ għal konformità ma’ obbligu legali; jew
  • Aħna għandna interess leġittimu fit-twettiq tal-Ipproċessar bil-għan li nistabbilixxu, neżerċitaw jew niddefendu d-drittijiet legali tagħna (sal-punt li dan l-interess leġittimu ma jiġix megħlub mill-interessi, id-drittijiet fundamentali, jew il-libertajiet tiegħek).
  • L-użu ta’ sistema ta’ informaturi biex tiġi evitata, irrapportata u miġġielda l-imġiba ħażina mill-impjegati jew partijiet terzi oħra. Jekk tirrapporta mġiba ħażina ssuspettata jew tidher f’rapport bħala li allegatament ġibt ruħek ħażin jew bħala xhud jew parti involuta, id-data personali tiegħek tista’ tiġi pproċessata fis-sistema tal-informaturi tagħna. (Nota: eċċezzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, pereżempju, għall-Iżvezja, jistgħu jillimitaw ir-rapportar biex ikun jinkludi biss il-persunal ewlieni ta’ Husqvarna Group).
  • Aħna għandna interess leġittimu fit-twettiq tal-Ipproċessar bil-għan li nipprevjenu u niġġieldu l-imġiba ħażina fl-organizzazzjoni tagħna u biex niżguraw mezz sigur għall-impjegati biex jirrapportaw imġiba ħażina potenzjali (sal-punt li dan l-interess leġittimu ma jiġix megħlub mill-interessi, id-drittijiet fundamentali, jew il-libertajiet tiegħek)
  • Il-konformità legali:il-konformità mal-obbligi legali u regolatorji tagħna skont il-liġi applikabbli.
  • L-Ipproċessar huwa meħtieġ għal konformità ma’ obbligu legali.
  • It-titjib tas-Siti, l-Apps, il-prodotti u s-servizzi tagħna: l-identifikazzjoni ta’ kwistjonijiet relatati mas-Siti tagħna, l-Apps tagħna, il-prodotti tagħna, jew is-servizzi tagħna; l-ippjanar ta’ titjib għas-Siti tagħna, l-Apps tagħna, il-prodotti tagħna, jew is-servizzi tagħna; u l-ħolqien ta’ Siti, Apps, prodotti jew servizzi ġodda.
  • Aħna għandna interess leġittimu fit-twettiq tal-Ipproċessar bil-għan li ntejbu s-Siti tagħna, l-Apps tagħna, il-prodotti tagħna, jew is-servizzi tagħna (sal-punt li dan l-interess leġittimu ma jiġix megħlub mill-interessi, id-drittijiet fundamentali, jew il-libertajiet tiegħek); jew
  • Aħna ksibna l-kunsens minn qabel tiegħek għall-Ipproċessar (din il-bażi legali tintuża biss fir-rigward tal-Ipproċessar li huwa kompletament volontarju – ma tintużax għall-Ipproċessar li huwa neċessarju jew obbligatorju bi kwalunkwe mod).
  • Il-prevenzjoni tal-frodi:L-identifikazzjoni, il-prevenzjoni u l-investigazzjoni ta’ frodi.
  • L-Ipproċessar huwa meħtieġ għal konformità ma’ obbligu legali (b’mod speċjali fir-rigward tal-liġi applikabbli dwar l-impjiegi); jew
  • Aħna għandna interess leġittimu fit-twettiq tal-Ipproċessar bil-għan li nidentifikaw, u nipproteġu kontra, frodi (sal-punt li dan l-interess leġittimu ma jiġix megħlub mill-interessi, id-drittijiet fundamentali, jew il-libertajiet tiegħek).
  • Ir-reklutaġġ u l-applikazzjonijiet għal impjieg:l-attivitajiet ta’ reklutaġġ; ir-reklamar ta’ pożizzjonijiet, l-attivitajiet ta’ intervista; l-analiżi ta’ adegwatezza għall-pożizzjoni rilevanti; ir-rekords ta’ deċiżjonijiet ta’ impjegar; id-dettalji tal-offerti; u d-dettalji tal-aċċettazzjoni.
  • L-Ipproċessar huwa meħtieġ għal konformità ma’ obbligu legali (b’mod speċjali fir-rigward tal-liġi applikabbli dwar l-impjiegi); jew
  • Aħna għandna interess leġittimu fit-twettiq tal-Ipproċessar bil-għan tal-attivitajiet ta’ reklutaġġ u l-immaniġġjar ta’ applikazzjonijiet għal impjiegi (sal-punt li dan l-interess leġittimu ma jiġix megħlub mill-interessi, id-drittijiet fundamentali, jew il-libertajiet tiegħek); jew
  • Aħna ksibna l-kunsens minn qabel tiegħek għall-Ipproċessar (din il-bażi legali tintuża biss fir-rigward tal-Ipproċessar li huwa kompletament volontarju – ma tintużax għall-Ipproċessar li huwa neċessarju jew obbligatorju bi kwalunkwe mod).

 

H) L-Iżvelar tad-Data Personali

Sommarju – L-iżvelar tad-Data Personali 

Aħna niżvelaw id-Data Personali lil: awtoritajiet legali u regolatorji; konsulenti esterni tagħna, il-Proċessuri tagħna; kwalunkwe parti kif meħtieġ b’konnessjoni ma’ proċedimenti legali; kwalunkwe parti kif meħtieġ għall-investigazzjoni, l-identifikazzjoni jew il-prevenzjoni ta’ reati kriminali; kwalunkwe xerrej tan-negozju tagħna; u kwalunkwe fornitur terz ta’ reklamar, plugins jew kontenut użat fuq is-Siti tagħna jew l-Apps tagħna.

Aħna niżvelaw id-Data Personali lil entitajiet oħra fi ħdan il-Husqvarna Group, għal finijiet leġittimi ta’ negozju u l-operat tas-Siti, l-Apps, il-prodotti, jew is-servizzi tagħna, f’konformità mal-liġi applikabbli. Barra minn hekk, aħna niżvelaw id-Data Personali tiegħek:

  • lilek u, fejn xieraq, lir-rappreżentanti maħtura tiegħek;
  • lill-awtoritajiet legali u regolatorji, fuq talba, jew bil-għan li jiġi rrapportat kwalunkwe ksur attwali jew issuspettat tal-liġi jew ir-regolamentazzjoni applikabbli;
  • lil kontabilisti, awdituri, avukati u konsulenti professjonali barranin oħra għall-Husqvarna Group, soġġett għal obbligi kuntrattwali vinkolanti ta’ kunfidenzjalità;
  • fornituri ta’ servizz terzi li jaġixxu bħala Kontrolluri separati (bħal fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas, kumpaniji ta’ trasport fuq l-ilma, kumpaniji tal-assigurazzjoni, eċċ.);
  • Proċessuri esterni (bħal fornituri ta’ servizzi ta’ operazzjonijiet tat-TI, eċċ.);
  • lil kwalunkwe parti, aġenzija tal-infurzar tal-liġi jew qorti rilevanti, sal-punt meħtieġ għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża tad-drittijiet legali;
  • lil kwalunkwe parti rilevanti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-identifikazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ penalitajiet kriminali;
  • lil kwalunkwe akkwirent(i) terz rilevanti, fil-każ li nbigħu jew nittrasferixxu n-negozju jew l-assi kollha tagħna jew parti rilevanti minnhom (inkluż fil-każ ta’ organizzazzjoni mill-ġdid, dissoluzzjoni jew likwidazzjoni);
  • pjattaformi tal-midja soċjali jew kanali tal-midja tradizzjonali bħal stazzjon tat-TV jew ir-radju f’każ li aħna nużaw kontenut ipprovdut minnek fir-reklami tagħna; u
  • lil kwalunkwe fornitur terz rilevanti, meta s-Siti u l-Apps tagħna jużaw reklamar, plugins jew kontenut ta’ partijiet terzi jew meta tagħżel li tqabbad il-prodotti jew is-servizzi ta’ Husqvarna Group tiegħek ma’ prodotti jew servizzi ta’ partijiet terzi. Jekk inti tagħżel li tinteraġixxi ma’ kwalunkwe reklamar, plugin jew kontenut bħal dan jew li taqbad ma’ prodotti/servizzi bħal dawn, id-Data Personali tiegħek tista’ tiġi kondiviża mal-fornitur terz rilevanti. Aħna nirrakkomandaw li taqra l-avviż ta’ privatezza tal-parti terza qabel ma tinteraġixxi mar-reklamar, plugins, jew kontenut tagħha jew tqabbad il-prodotti jew servizzi ta’ Husqvarna Group tiegħek ma’ prodotti jew servizzi ta’ partijiet terzi.

Jekk aħna ninvolvu Proċessur terz biex Jipproċessa d-Data Personali tiegħek, il-Proċessur se jkun soġġett għal obbligi kuntrattwali vinkolanti biex: (i) Jipproċessa biss id-Data Personali b’mod konformi mal-istruzzjonijiet bil-miktub minn qabel tagħna; u (ii) juża miżuri biex jipproteġi l-kunfidenzjalità u s-sigurtà tad-Data Personali; flimkien ma’ kwalunkwe rekwiżit addizzjonali skont il-liġi applikabbli.

(I) It-Tfassil ta’ Profil

Sommarju – It-tfassil ta’ profil

Id-Data Personali mhijiex soġġetta għat-teħid tad-deċiżjonijiet u t-Tfassil ta’ Profil awtomatizzati.

Aħna ma Nipproċessawx Data Personali għall-iskopijiet tat-teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzat u l-Profiling, li jipproduċi effett legali li jikkonċerna s-suġġett tad-data jew jaffettwa sinifikament l-istess lilu jew lilha.

(J) It-trasferiment internazzjonali tad-Data Personali

Sommarju – It-trasferiment internazzjonali tad-Data Personali

Aħna nittrasferixxu d-Data Personali lil riċevituri f’pajjiżi oħra. Meta aħna nittrasferixxu d-Data Personali miż-ŻEE lil riċevitur barra miż-ŻEE li mhuwiex f’Ġurisdizzjoni Adegwata, aħna nagħmlu dan abbażi tal-Klawżoli Kuntrattwali Standard jew Regoli Korporattivi Vinkolanti.

Minħabba fin-natura internazzjonali tan-negozju tagħna, aħna nittrasferixxu d-Data Personali fil-Husqvarna Group, u lill-partijiet terzi kif imniżżel fit-Taqsima (H) hawn fuq, b’konnessjoni mal-għanijiet stabbiliti f’dan l-Avviż. Għal din ir-raġuni, aħna nittrasferixxu d-Data Personali lill-pajjiżi oħra li jista’ jkollhom liġijiet u rekwiżiti tal-konformità tal-protezzjoni tad-data differenti għal dawk li japplikaw fil-pajjiż fejn tinstab.

Meta aħna nittrasferixxu d-Data Personali tiegħek miż-ŻEE, ir-Renju Unit jew l-Iżvizzeralil riċevituri li jinstabu barra miż-ŻEE, ir-Renju Unit jew l-Iżvizzerali mhuwiex f’Ġurisdizzjonijiet Adegwati, aħna nagħmlu dan abbażi tal-Klawżoli Kuntrattwali Standard. Inti intitolat li titlob kopja tal-Klawżoli Kuntrattwali Standard tagħna permezz tad-dettalji ta’ kuntatt ipprovduti fit-Taqsima (W) hawn taħt. F’każ li nużaw Proċessur li adotta Regoli Korporattivi Vinkolanti, aħna nistgħu wkoll nittrasferixxu d-Data Personali tiegħek abbażi ta’ Regoli Korporattivi Vinkolanti.

Jekk jogħġbok innota li meta tittrasferixxi kwalunkwe Data Personali direttament lil entità ta’ Husqvarna Group imwaqqfa barra miż-ŻEE,ir-Renju Unit jew l-Iżvizzera, aħna m’aħniex responsabbli għal dak it-trasferiment tad-Data Personali tiegħek. Aħna madanakollu Nipproċessaw id-Data Personali tiegħek, mill-punt li fih nirċievu dik id-data, b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Avviż.

(K) Is-sigurtà tad-Data

Sommarju – Is-sigurtà tad-Data

Aħna nimplimentaw miżuri ta’ sigurtà tekniċi u organizzazzjonali xierqa biex tiġi protetta d-Data Personali tiegħek. Jekk jogħġok kun ċert li kwalunkwe Data Personali li tibagħtilna tintbagħat b’mod sikur.

Aħna implimentajna miżuri ta’ sigurtà tekniċi u organizzattivi xierqa mfassla biex nipproteġu d-Data Personali tiegħek kontra qerda aċċidentali jew illegali, telf, tibdil, żvelar mhux awtorizzat, aċċess mhux awtorizzat, u forom illegali jew mhux awtorizzati oħra ta’ Pproċessar, b’mod konformi mal-liġi applikabbli.

Minħabba li l-internet hija sistema miftuħa, it-trażmissjoni tal-informazzjoni permezz tal-internet mhijiex kompletament sikura. Għalkemm aħna nimplimentaw il-miżuri raġonevoli kollha biex tipproteġi d-Data Personali tiegħek, ma nistgħux niggarantixxu s-sigurtà tad-data tiegħek trażmessa lilna permezz tal-internet – kwalunkwe trażmizzjoni bħal din hija għar-riskju tiegħek stess u inti responsabbli biex tiżgura li kwalunkwe Data Personali li tibagħtilna tintbagħat b’mod sikur.

(L) L-eżattezza tad-Data

Sommarju –L-eżattezza tad-Data

Aħna nieħdu kull pass raġonevoli biex niżguraw li d-Data Personali tiegħek tinżamm eżatta u aġġornata u li titħassar jew tiġi kkoreġuta jekk insiru konxji dwar ineżattezzi.

Aħna nieħdu kull pass raġonevoli biex niżguraw li:

  • id-Data Personali tiegħek li Nipproċessaw tkun eżatta u, fejn meħtieġ, tinżamm aġġornata; u
  • kwalunwke Data Personali tiegħek li Nipproċessaw li ma tkunx eżatta (wara li jiġu kkunsidrati l-finijiet li għalihom ġiet Ipproċessata) titħassar jew tiġi kkoreġuta mingħajr dewmien.

Minn żmien għal żmien aħna nistgħu nitolbuk tikkonferma l-eżattezza tad-Data Personali tiegħek.

(M) Il-minimizzazzjoni tad-Data

Sommarju – Il-minimizzazzjoni tad-Data

Aħna nieħdu kull pass raġonevoli biex nillimitaw il-volum tad-Data Personali tiegħek li Nipproċessaw għal dak li jkun meħtieġ.

Aħna nieħdu kull pass raġonevoli biex niżguraw li d-Data Personali tiegħek li Nipproċessaw tkun illimitata għad-Data Personali raġonevolment neċessarja b’konnessjoni mal-finijiet stabbilit f’dan l-Avviż.

(N) Iż-żamma tad-Data

Sommarju – Iż-żamma tad-Data

Aħna nieħdu kull pass raġonevoli biex niżguraw li d-Data Personali tiegħek tinżamm biss sakemm tkun meħtieġa b’konnessjoni ma’ għan legali.

Aħna nieħdu kull pass raġonevoli biex niżguraw li d-Data Personali tiegħek tiġi Pproċessata biss għall-perjodu minimu neċessarju għall-finijiet stabbiliti f’dan l-Avviż. Il-kriterji għad-determinazzjoni tat-tul ta’ żmien li għalih aħna nżommu d-Data Personali tiegħek huma kif ġej:

  1. aħna nżommu d-Data Personali f’forma li tippermetti l-identifikazzjoni biss sakemm:
    1. inżommu relazzjoni kontinwa miegħek (eż., meta tkun utent tas-servizzi tagħna, jew tkun legalment inkluż fuq il-lista tal-indirizzi tagħna u ma tkunx waqqaft l-abbonament); jew
    2. id-Data Personali tiegħek tkun neċessarja b’konnessjoni mal-finijiet legali stabbiliti f’dan l-Avviż, li għalihom għandna bażi legali valida (eż., meta d-data personali tiegħek tiġi inkluża f’kuntratt bejnna u bejn l-impjegatur tiegħek, u aħna jkollna interess leġittimu fl-ipproċessar ta’ dik id-data għall-finijiet tal-operat tan-negozju tagħna u għat-twettiq tal-obbligi tagħna skont dak il-kuntratt; jew fejn ikollna obbligu legali li nżommu d-Data Personali tiegħek; jew sakemm tirtira l-kunsens tiegħek u ma tkun teżisti l-ebda bażi legali oħra; jew sakemm ikun hemm obbligi statutorji ta’ żamma).

flimkien ma’:

  1. it-tul ta’ żmien ta’:
    1. kwalunkwe perjodu ta’ limitazzjoni applikabbli skont il-liġi applikabbli (jiġifieri, kwalunkwe perjodu li matulu kwalunkwe persuna tista’ tressaq talba legali kontra tagħna b’konnessjoni mad-Data Personali tiegħek, jew li għalih id-Data Personali tiegħek hija rilevanti); u
    2. perjodu addizzjonali ta’ xahrejn wara t-tmien ta’ perjodu ta’ limitazzjoni applikabbli bħal dan (sabiex, jekk persuna tressaq talba fl-aħħar tal-perjodu ta’ limitazzjoni, xorta waħda ningħataw ammont raġonevoli ta’ żmien li fih nidentifikaw kwalunkwe Data Personali li tkun rilevanti għal dik it-talba),

u:

  1. barra minn hekk: jekk titressaq xi talba legali rilevanti, aħna nkomplu Nipproċessaw id-Data Personali għal perjodi addizzjonali kif meħtieġ b’konnessjoni ma’ dik it-talba; aħna nistgħu wkoll inkomplu nipproċessaw Data Personali jekk titħassar din id-data se jikser ir-rekwiżit ta’ protezzjoni tal-interess tal-persuni konċernati; jew jekk l-ipproċessar huwa meħtieġ mod ieħor skont l-Art.17(3) tal-GDPR jew dispożizzjonijiet ekwivalenti ta’ Liġijiet ta’ Protezzjoni tad-Data applikabbli oħrajn.

Matul il-perjodi mniżżla fil-paragrafi (2)(a) u (2)(b) hawn fuq, aħna nillimitaw l-Ipproċessar tad-Data Personali tiegħek għall-ħżin ta’, u ż-żamma tas-sigurtà ta’ dik id-data, ħlief sal-punt li jkun meħtieġ biex dik id-data tiġi riveduta b’konnessjoni ma’ kwalunkwe talba legali, jew kwalunkwe obbligu skont il-liġi applikabbli.

Ladarba jkunu ġew konklużi l-perjodi fil-paragrafi (1), (2) u (3) hawn fuq, kull wieħed sal-punt applikabbli, aħna jew:

  • inħassru jew neqirdu b’mod permanenti d-Data Personali rilevanti; jew
  • nanonimizzaw id-Data Personali rilevanti.

(O) Id-drittijiet legali tiegħek

Sommarju – Id-drittijiet legali tiegħek

Soġġett għal-liġi applikabbli, inti jista’ jkollok numru ta’ drittijiet, inkluż: id-dritt li ma tipprovdix id-Data Personali tiegħek lilna; id-dritt ta’ aċċess għad-Data Personali tiegħek; id-dritt li titlob korrezzjoni ta’ ineżattezzi; id-dritt li titlob it-tħassir, jew ir-restrizzjoni tal-Ipproċessar, tad-Data Personali tiegħek; id-dritt li toġġezzjona għall-Ipproċessar tad-Data Personali tiegħek; id-dritt li d-Data Personali tiegħek tiġi ttrasferita lil Kontrollur ieħor; id-dritt li tirtira l-kunsens; u d-dritt li tressaq ilmenti ma’ Awtoritajiet tal-Protezzjoni tad-Data. F’xi każijiet, ikun meħtieġ li tipprovdi evidenza tal-identità tiegħek qabel ma nkunu nistgħu ndaħħlu fis-seħħ dawn id-drittijiet.

Soġġett għal-liġi applikabbli, inti jista’ jkollok id-drittijiet li ġejjin fir-rigward tal-Ipproċessar tad-Data Personali Rilevanti tiegħek:

  • id-dritt li ma tipprovdilniex id-Data Personali tiegħek (mandakollu, jekk jogħġbok innota li aħna ma nkunux nistgħu nipprovdulek il-benefiċċju sħiħ tas-Siti, l-Apps, il-prodotti jew is-servizzi tagħna, jekk ma tipprovdilniex id-Data Personali tiegħek – eż., jista’ jagħti l-każ li ma nkunux nistgħu nipproċessaw it-talbiet tiegħek mingħajr id-dettalji neċessarji);
  • id-dritt li titlob aċċess għal, jew kopji ta’, id-Data Personali Rilevanti tiegħek, flimkien ma’ informazzjoni rigward in-natura, l-Ipproċessar u l-iżvelar ta’ dik id-Data Personali Rilevanti;
  • id-dritt li titlob korrezzjoni ta’ kwalunkwe ineżattezzi fid-Data Personali Rilevanti tiegħek;
  • id-dritt li titlob, għal raġunijiet leġittimi:
    • it-tħassir tad-Data Personali Rilevanti tiegħek; jew
    • ir-restrizzjoni tal-Ipproċessar tad-Data Personali Rilevanti tiegħek;
  • id-dritt li ċerta Data Personali Rilevanti tiġi ttrasferita lil Kontrollur ieħor, f’format strutturat, użat komunement u li jinqara permezz ta’ magna, sal-punt applikabbli;
  • meta aħna Nipproċessaw id-Data Personali Rilevanti tiegħek abbażi tal-kunsens tiegħek, id-dritt li tirtira dak il-kunsens (filwaqt li jiġi nnotat li dak l-irtirar ma jaffettwax il-legalità ta’ kwalunkwe Pproċessar imwettaq qabel id-data li fiha nirċievu avviż ta’ dan l-iritrar, u li ma jipprevenix l-Ipproċessar tad-Data Personali tiegħek fuq kwalunkwe bażi legali disponibbli oħra); u
  • •    id-dritt li jitressqu lmenti fir-rigward tal-Ipproċessar tad-Data Personali Rilevanti tiegħek ma’ Awtorità tal-Protezzjoni tad-Data (b’mod partikolari, l-Awtorità tal-Protezzjoni tad-Data tal-Istat Membru tal-UE fejn tgħix, jew fejn taħdem, jew li fih seħħ l-allegat ksur, kull wieħed jekk applikabbli, l-Awtorità tal-Protezzjoni tad-Data tar-Renju Unit jew tal-Iżvizzera).

Soġġett għal-liġi applikabbli, inti jista’ jkollok id-drittijiet addizzjonali li ġejjin fir-rigward tal-Ipproċessar tad-Data Personali Rilevanti tiegħek:

  • id-dritt li toġġezzjona, għal raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni partikolari tiegħek, għall-Ipproċessar tad-Data Personali Rilevanti tiegħek minna jew f’isimna; u

  • id-dritt li toġġezzjona għall-Ipproċessar tad-Data Personali Rilevanti tiegħek minna jew f’isimna għal finijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta.

Dan ma jaffettwax id-drittijiet statutorji tiegħek.

Biex teżerċita wieħed jew aktar minn dawn id-drittijiet, jew biex issaqsi mistoqsija dwar dawn id-drittijiet jew kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ dan l-Avviż, jew dwar l-Ipproċesar tagħna tad-Data Personali tiegħek, jekk jogħġbok żur https://privacyportal.husqvarnagroup.com jew uża d-dettalji ta’ kuntatt ipprovduti fit-Taqsima (W) hawn taħt. Jekk jogħġok innota li:

  • f’xi każijiet, ikun meħtieġ li tipprovdi evidenza tal-identità tiegħek qabel ma nkunu nistgħu ndaħħlu fis-seħħ dawn id-drittijiet; u
  • meta t-talba tiegħek tirrikjedi l-istabbiliment ta’ fatti addizzjonali (eż., id-determinazzjoni ta’ jekk kwalunkwe Pproċessar ma jkunx konformi mal-liġi applikabbli) aħna se ninvestigaw it-talba tiegħek b’mod raġonevoli u fil-pront, qabel ma niddeċiedu liema azzjoni għandna nieħdu.

(P) Cookies u teknoloġiji simili

Sommarju – Cookies u teknoloġiji simili

Aħna Nipproċessaw id-Data Personali permezz tal-Cookies u teknoloġiji simili. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ara l-Politika dwar il-Cookies tagħna fuq is-Sit rilevanti. 

Meta inti żżur Sit jew tuża App aħna tipikament se npoġġu Cookies fuq l-apparat tiegħek, jew naqraw Cookies li diġà jinsabu fuq l-apparat tiegħek, dejjem soġġett għall-kisba tal-kunsens tiegħek, fejn ikun meħtieġ, b’mod konformi mal-liġi applikabbli. Aħna nużaw Cookies biex nirreġistraw informazzjoni dwar l-apparat tiegħek, il-brawżer tiegħek u, f’xi każijiet, il-preferenzi u d-drawwiet tal-brawżing tiegħek.  Aħna Nipproċessaw id-Data Personali permezz tal-Cookies u teknoloġiji simili, b’mod konformi mal-Politika dwar il-Cookies tagħna disponibbli fuq is-Sit rilevanti. 

(Q) It-Termini tal-Użu

Sommarju – It-Termini tal-Użu

It-Termini tal-Użu tagħna jirregolaw l-użu kollu tas-Siti tagħna u l-Apps tagħna.

L-użu kollu tas-Siti, il-prodotti, jew is-servizzi tagħna huwa soġġett għat-Termini tal-Użu tagħna, li huma stabbiliti fuq jew b’konnessjoni mas-Sit, l-App, il-prodott jew is-servizz rilevanti. Aħna nirrakkomandaw li inti tirrevedi t-Termini tal-Użu tagħna b’mod regolari, sabiex tirrevedi kwalunkwe tibdil li nistgħu nagħmlu minn żmien għal żmien.

(R) Kummerċjalizzazzjoni diretta

Sommarju– Kummerċjalizzazzjoni diretta

Aħna Nipproċessaw id-Data Personali biex nikkuntattjawk b’informazzjoni rigward Siti, Apps, prodotti, jew servizzi li jistgħu jinteressawk. Inti tista twaqqaf l-abbonament mingħajr ħlas fi kwalunkwe ħin.

Aħna nistgħu Nipproċessaw id-Data Personali biex nikkuntattjawk permezz tal-email, it-telefon, il-posta diretta jew formati ta’ komunikazzjoni oħra biex nipprovduk b’informazzjoni rigward Siti, Apps, prodotti, jew servizzi li jistgħu jinteressawk. Aħna nistgħu nikkuntattjawk ukoll rigward stħarriġ, kompetizzjonijiet u promozzjonijiet li ġejjin. Barra minn hekk, aħna nistgħu nibagħtulek informazzjoni oħra li tista’ tinteressak.  

Il-bullettini tagħna fihom pixels li jintraċċaw. Pixel li tintraċċa hija grafika iniviżibbli f’emails tal-HTML; l-għan tagħha huwa li tiġġenera fajl tal-illoggjar meta tinfetaħ l-email u li tieħu nota dwar liema links jiġu attivati mill-bullettin u sussegwentement tanalizza din id-data. Dan jippermettilna niddeterminaw, permezz ta’ evalwazzjonijiet statistiċi, is-suċċess tal-kampanji tal-bullettini tagħna u nottimizzaw il-bullettini tagħna, eż. biex inti tirċievi informazzjoni u offerti li huma aktar xierqa għall-interessi tiegħek.

Inti tista’ twaqqaf l-abbonament mil-lista tal-emails promozzjonali tagħna fi kwalunkwe ħin billi sempliċement tikklikkja fuq il-link waqqaf l-abbonament inkluża f’kull email promozzjonali li nibagħtu jew billi tibgħat email lil [email protected]. Wara li twaqqaf l-abbonament aħna m’aħniex se nibagħtulek aktar emails promozzjonali, iżda f’xi ċirkostanzi se nkomplu nikkuntattjawk sal-punt meħtieġ għall-finijiet ta’ kwalunkwe Siti, Apps, prodotti, jew servizzi li tkun tlabt.

(S) Kompetizzjonijiet

Sommarju – Kompetizzjonijiet

Jekk tieħu sehem f’kompetizzjoni jew kampanja simili, aħna nistgħu Nipproċessaw id-Data Personali tiegħek biex namministraw it-tali kampanja.

Minn żmien għal ieħor, inti għandek l-opportunità li tieħu sehem f’kompetizzjonijiet jew kampanji promozzjonali simili, pereżempju permezz tas-Siti tagħna Sites. Bħala parti minn dawn il-kampanji, jista’ jkun neċessarju li tinġabar u tinħażen id-Data Personali tiegħek, kif speċifikat aktar fil-formola tad-dħul tal-kampanja, biex tiġi amministrata l-kompetizzjoni. Sakemm mhux indikat b’mod ċarkwalunkwe Data Personali li inti tipprovdilna fil-kuntest ta’ kampanji bħal dawn se tintuża b’mod esklużiv għall-ġestjoni tal-kampanja (fil-każ ta’ kompetizzjoni, pereżempju, biex jiġu ddeterminati r-rebbieħa, jiġu mgħarrfa r-rebbieħa u jintbagħat il-premju lir-rebbieħa). Meta l-kampanja tiġi fi tmiemha, id-data tal-parteċipanti li ma rebħux se titħassar immedjatament u d-data tar-rebbieħa se titħassar mal-iskadenza tal-perjodu ta’ żamma statutorju sakemm f’kull każ aħna għandna bażi legali oħra biex inżommu d-data u din ġiet indikata b’mod ċar lill-parteċipanti.

(T) Il-Proċess ta’ Applikazzjoni Online

Sommarju – Il-Proċess ta’ Applikazzjoni Online

Aħna Nipproċessaw id-Data Personali tiegħek fil-kuntest tal-proċess ta’ applikazzjoni online tagħna.

Aħna nipprovdu proċess ta’ applikazzjoni għal impjieg online. Id-data li tissottometti, inklużi kwalunkwe fajls li ttella’, tiġi ttrasferita permezz ta’ konnessjoni sigura. Id-data tal-applikazzjoni tiegħek se tiġi proċessata fis-sistemi tal-HR tagħna. L-aċċess għar-reżumè u data personali oħra tiegħek huwa limitat għal individwi fi ħdan l-organizzazzjoni tagħna li għandhom l-awtorizzazzjoni xierqa li jeżaminaw u jipproċessaw applikazzjonijiet għall-pożizzjoni rilevanti. Il-partijiet kollha se jittrattaw id-dokumenti tal-applikazzjoni tiegħek bl-akbar attenzjoni u se jżommu l-kontenut strettament kunfidenzjali.

Pjattaformi għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni tiegħek

Meta tapplika permezz tas-sistema ta’ applikazzjoni online tagħna, aħna nipproċessaw id-data li inti tipprovdi matul il-proċess tal-applikazzjoni. Skont il-metodu li inti tagħżel, din id-data tista’ tasal direttament mingħandek meta ddaħħal l-informazzjoni b’mod manwali jew ittella’ dokument bħar-reżumè tiegħek, jew minn partijiet terzi meta tuża l-għażla “Applika b’LinkedIn”. F’dan il-każ, aħna nirċievu xi data mill-profil ta’ LinkedIn tiegħek f’konformità mas-settings ta’ privatezza ta’ LinkedIn tiegħek, u aħna nistgħu wkoll naraw il-profil LinkedIn tiegħek bħala parti mill-proċess ta’ reklutaġġ. Irrelevanti mill-metodu li tuża, inti tista’ tivverifika u teditja l-informazzjoni mimlija minn qabel qabel ma tissottometti l-applikazzjoni tiegħek, inti tista’ tikkanċella l-konnessjoni tal-profil LinkedIn tiegħek fi kwalunkwe ħin billi ssegwi l-istruzzjonijiet ta’ LinkedIn ipprovduti fi https://www.linkedin.com/help/linkedin.

Bħala parti mill-proċess ta’ applikazzjoni online, aħna nagħtuk l-opportunità li toħloq kont fuq il-pjattaforma tagħna. Hija d-deċiżjoni tiegħek jekk tixtieq toħloq kont jew le. Huwa possibbli li tlesti l-proċess ta’ applikazzjoni online mingħajr ma toħloq kont. Madankollu, billi toħloq kont inti se tkun tista’ tapplika faċilment għal impjiegi oħra magħna, tara l-applikazzjonijiet tiegħek jew tissettja notifiki dwar impjiegi. Aħna nħassru l-kont tiegħek wara perjodu ta’ inattività sakemm inti ma tagħżilx li żżommu. Qabel ma nħassru l-kont tiegħek, aħna se nikkuntattjawk biex tikkonferma jekk tixtieqx li nżommu d-dettalji tal-kont tiegħek. Inti tista’ wkoll tħassar il-kont tiegħek fi kwalunkwe ħin billi tuża l-funzjoni “Ħassar l-Informazzjoni Tiegħi” fil-kont tiegħek.

Verifiki ta’ sfond u referenza

Bħala parti mill-proċess ta’ reklutaġġ tagħna, aħna nistgħu nwettqu verifiki ta’ referenza għall-kandidati li jipprogressaw għal stadji ulterjuri. Dan jinvolvu nikkuntattjaw lill-individwi li inti identifikajt bħala referenzi professjonali biex niġbru feedback dwar l-impjieg, il-prestazzjoni u l-kondotta preċedenti tiegħek. Aħna nużaw pjattaforma terza sikura biex niffaċilitaw il-proċess. Meta tipprovdi d-dettalji ta’ kuntatt ta’ referenza, il-pjattaforma tikkuntattja lir-referenzi tiegħek f’isimna u tiġbor it-tweġibiet tagħhom. Aħna nipproċessaw Data Personali rilevanti għall-istorja tal-impjieg u r-referenzi professjonali tiegħek, inkluż dettalji ta’ kuntatt u feedback ipprovdut mir-riferenti. Data ta’ referenza tinżamm biss sakemm meħtieġ għad-deċiżjoni ta’ reklutaġġ. Ladarba tittieħed deċiżjoni, id-data ta’ referenza titħassar f’konformità mal-politika ta’ żamma tagħna deskritta fit-Taqsima (N).

Bħala parti mill-proċess ta’ reklutaġġ tagħna, aħna jaf ikollna bżonn nivverifikaw l-identità tiegħek billi nitolbuk tissottometti kopja valida tal-ID. Jekk inti taħt l-età ta’ 18, jaf ukoll nitolbuk tissottometti kopja taċ-ċertifikat tat-twelid flimkien ma’ nota ta’ kunsens mill-ġenituri. Meta nwettqu reklutaġġ għal ċertu pożizzjonijiet, aħna nistgħu nwettqu verifiki ta’ sfond addizzjonali dwar il-finanzi personali tiegħek biex nivverifikaw li ma hemm l-ebda ċirkostanzi finanzjarji (bħal pagamenti b’lura jew dejn) li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv l-abbiltà li twettaq ir-rwol f’konformità mar-rekwiżiti u l-aspettazzjonijiet stabbiliti. Aħna dejjem se ninformawk qabel inwettqu verifiki ta’ sfond addizzjonali bħal dawn. Kopji tal-ID tiegħek, ċertifikat tat-twelid u data relatata mal-finanzi personali tiegħek se jitħassru wara t-tlestija tal-proċess ta’ għażla.

In-numru ta’ kandidati tagħna

Aħna nżommu numru ta’ kandidati ta’ individwi interessati jaħdmu għalina. Jekk tagħti l-kunsens tiegħek, aħna se nżiduk man-numru ta’ kandidati tagħna. Dan se jagħtina aċċess kontinwu għad-dokumenti tiegħek kif ukoll jippermettilna nikkondividu d-dokumenti tiegħek ma’ dipartimenti oħra tal-HR fi ħdan Husqvarna Group biex insibu pożizzjoni xierqa għalik. Abbażi dan il-kunsens, aħna se naħżnu d-data tiegħek għal massimu ta’ sena addizzjonali. Jekk aħna nikkuntattjawk matul dan il-perjodu rigward pożizzjoni vakanti speċifika u bl-intenzjoni li tidħol f’relazzjoni ta’ impjieg miegħek, dan il-perjodu ta’ żamma se jiġi estiż għal sitt xhur oħra. Wara dak il-perjodu, aħna se nerġgħu nistaqsuk għal kunsens tiegħek. Inti tista’ tirtira l-kunsens tiegħek fil-futur fi kwalunkwe ħin, billi tikkuntattjana permezz ta’ [email protected]. Fil-każ li tirtira l-kunsens tiegħek, id-dokumenti tal-applikazzjoni tiegħek mhux se jiġu kkunsidrati aktar għal pożizzjonijiet miftuħa u d-data tal-applikazzjoni tiegħek se titħassar.

Żamma tar-rekord

Aħna se nħassru d-dokumenti tal-applikazzjoni tiegħek erba’ xhur wara t-tlestija tal-proċess tal-applikazzjoni, sakemm ma nkunux dħalna f’kuntratt ta’ impjieg miegħek jew jekk tkun tajt il-kunsens li tiġi inkluż mal-grupp ta’ kandidati tagħna.
 

(U) Minorenni

Sommarju – Minorenni

Is-Siti tagħna mhumiex immirati lejn minorenni u aħna ma niġbrux Data Personali konxjament mingħand minorenni.

Is-Siti tagħna mhumiex immirati lejn minorenni u aħna ma niġbrux Data Personali konxjament mingħand minorenni.

(V) Midja Soċjali u pjattaformi ta’ partijiet terzi oħrajn

Sommarju – Midja Soċjali u pjattaformi ta’ partijiet terzi oħrajn

Aħna Nipproċessaw persunal fil-kuntest ta’ Fan Pages fuq il-midja soċjali u pjattaformi oħrajn ta’ partijiet terzi, għal analitika ta’ sit web u għall-iskopijiet ta’ kunsinna ta’ kampanji ta’ reklamar immirati.

Buttuni tal-Midja Soċjali
Aħna nużaw il-buttuni tal-midja soċjali għal Facebook, X (li qabel kien magħruf bħalaTwitter), Instagram, Pinterest, YouTube, LinkedIn u Xing fuq is-Siti tagħna. Il-buttuni tal-midja soċjali mhumiex integrati bħala plugins permezz ta’ iFrame, iżda sempliċiment jipprovdu link għall-paġna tar-rappreżentazzjoni tal-kumpanija tagħna (“Paġna tas-Segwaċi”) fuq il-pjattaforma tal-midja soċjali rispettiv. Ma tiġi trażmessa l-ebda Data Personali lil dak il-fornitur tal-midja soċjali meta tikklikkja fuq buttuna tal-midja soċjali.

Paġni tas-Segwaċi 

Aħna nżommu Paġni tas-Segwaċi fuq il-midja soċjali u fuq pjattaformi terzi oħrajn biex nikkumerċjalizzaw u nippromwovu l-prodotti u s-servizzi tagħna. Meta nipprovdu Paġna tas-Segwaċi fuq il-midja soċjali jew fuq pjattaforma ta’ parti terza oħra, aħna nkunu kontrollur konġunt mal-fornitur tal-pjattaforma. Aħna noperaw il-Paġni tas-Segwaċi f’kontroll konġunt ma’ Meta, Pinterest, X, YouTube, LinkedIn u Xing (inkl. Kununu). Aħna nirrakkomandaw li tirrevedi l-avviż dwar il-privatezza ta’ kull tali kumpanija għal aktar informazzjoni dwar l-ipproċessar li jwettqu u d-dettalji ta’ kuntatt ta’ tali kumpaniji.

Aħna se Nipproċessaw id-Data Personali kemm ta’ persuni rreġistrati kif ukoll ta’ persuni li ma jkunux irreġistrati li jżuru l-Paġni tas-Segwaċi tagħna. 

Persuni rreġistrati li jżuru l-paġna: Aħna Nipproċessaw id-data relatata mas-Siti tagħna (bħall-identifikazzjoni tal-utent), id-Dettalji personali u d-Dettalji ta’ kuntatt (eż. data tal-profil kondiviża). Aħna Nipproċessaw ukoll id-Data Personali ġġenerata permezz tal-kondiviżjoni tal-kontenut, l-iskambju ta’ messaġġi u l-komunikazzjoni. Aħna nistgħu Nipproċessaw ukoll kategoriji speċjali tad-Data Personali, jekk l-utent ikun qasam tali Data Personali.

Persuni rreġistrati u mhux irreġistrati li jżuru l-paġna: Aħna Nipproċessaw data psewdonimizzata bħal statistika u tagħrif dwar l-interazzjoni tal-persuni li jżuru l-paġna mal-kontenut fuq il-Paġna tas-Segwaċi tagħna (l-attivitajiet tal-paġna, il-views tal-paġna, informazzjoni dwar il-likes, kemm intlaħqu persuni, id-demografika ġenerali, il-post u informazzjoni relatata mal-interess dwar l-età, il-ġeneru, il-pajjiż, il-belt, il-lingwa), evalwazzjonijiet tas-suċċess tar-reklami tagħna, u analiżijiet oħrajn. Aħna ma nistgħux ngħaqqdu d-data psewdonimizzata mal-karatteristiċi tal-attribuzzjoni korrispondenti (eż. dettalji dwar l-isem) u għalhekk mhuwiex possibbli għalina li nidentifikaw persuni individwali li jżuru l-paġna u jibqgħu anonimi.

Paġna tas-Segwaċi jew preżenza korporattiva oħra fuq pjattaformi ta’ partijiet terzi hija biss waħda minn diversi għażliet biex tikkuntattjana jew tirċievi informazzjoni mingħandna. Bħala alternattiva, l-informazzjoni offruta permezz tal-Paġni tas-Segwaċi u l-preżenzi korporattivi tagħna tista’ tiġi aċċessata wkoll fuq is-siti web tagħna.

Analitika u Mmirar tas-sit web

Aħna nistgħu nużaw servizzi ta’ partijiet terzi meta żżur is-Siti jew l-Apps tagħna (inkluż Google Analytics u Clarity). Aħna nagħmlu dan biex inkejlu kif is-Siti u s-servizzi tagħna qed jintużaw biex nifhmu aħjar l-imġiba tal-utent, għall-ottimizzazzjoni tas-sit web u fl-aħħarnett għat-titjib tal-esperjenza online tiegħek (imsemmija bħala analitika tas-sit web).

Biex inkomplu ntejbu l-kapaċitajiet ta’ analitika tas-sit web tagħna aħna nistgħu nużaw Google Signals ukoll. Jekk qbilt ma’ Google jittraċċak fost apparati differenti, Google jista’ jara kif int tinteraġixxi mal-kontenut tagħna fost l-apparati tiegħek u se jikkondividu din l-informazzjoni magħna fuq livell aggregat, jiġifieri aħna mhux se nkunu nistgħu nidentifikawk jew utent individwali ieħor. Din id-data tista’ tinkludi informazzjoni bħad-durata tal-viżti, il-paġni li rajt u l-interazzjonijiet mas-Siti tagħna. Dan jgħinna ngħoddu viżitaturi tas-sit web uniċi, nifhmu l-imġiba tal-utent u ntejbu s-servizzi tagħna.

Aħna nistgħu nużaw servizzi ta’ parti terza biex nuruk messaġġi promozzjonali fuq siti web li jikkollaboraw mal-fornitur ta’ servizz terz (inkluż Google, Meta, LinkedIn, Bing/Microsoft Ads) biex nilħqu klijenti potenzjali li jew diġà interaġixxu magħna jew li għandhom interessi simili bħall-klijenti eżistenti tagħna u biex inkejlu l-effettività tal-kampanji u r-reklamar tagħna.

Kif inhu spjegat fil-Politika tal-Cookies tagħna (ara t-Taqsima (P) hawn fuq), aħna nistgħu nużaw Cookies fuq is-Siti tagħna biex nippermettu lil midja soċjali jew fornituri ta’ servizz terzi, jekk għandek kont ma’ fornitur ta’ servizz bħal dan, biex iservuk reklami ta’ Husqvarna Group li huma rilevanti għall-interessi tiegħek. Biex isir dan, aħna nidderieġu lill-fornitur tas-servizz, abbażi tad-data miġbura mill-pixel jew teknoloġiji simili tal-fornitur tas-servizz, biex jinħoloq grupp ta’ utenti ta’ dak is-servizz li se jkunu l-udjenza tal-kampanji ta’ reklamar tagħna (xi kultant imsemmija bħala udjenzi personalizzati jew tqabbil tal-klijenti).

Għall-ħolqien ta’ udjenzi personalizzati aħna u l-fornitur ta’ servizz rilevanti qegħdin naġixxu bħala kontrolluri konġunti. Aħna nirreferu għall-istqarrijiet ta’ privatezza rispettivi għal aktar informazzjoni dwar kif huma jipproċessaw data personali.

Għal aktar informazzjoni dwar kif Google juża d-data personali tiegħek, jekk jogħġbok ara: How Google uses information from sites or apps that use our services (https://policies.google.com/technologies/partner-sites).

F’relazzjoni ma’ Meta Ireland, aħna dħalna f’Addendum ta’ Kontrollur ta’ Metabiex niddeterminaw ir-responsabbiltajiet rispettivi tal-partijiet. Aħna responsabbli biex nipprovdu l-informazzjoni stabbilita hawnhekk, u Meta Ireland hija responsabbli biex tippermetti d-drittijiet tas-suġġetti tad-data skont l-Artikolari 15-20 tal-GDPR jew dispożizzjonijiet ekwivalenti ta’ Liġijiet ta’ Protezzjoni tad-Data applikabbli oħrajnfir-rigward ta’ data personali maħżuna minn Meta Ireland wara l-ipproċessar konġunt.

Inti tista’ ssib id-dettalji ta’ kuntatt rilevanti u aktar informazzjoni dwar kif Meta Ireland tipproċessa data personali, inkluż bażi legali u modi kif teżerċita d-drittijiet tiegħek quddiem Meta Ireland fil-Politika tad-Data ta’Meta Ireland fuq https://www.facebook.com/about/privacy.

Meta tista’ tuża wkoll id-data tal-udjenza personalizzata biex toħloq udjenzi finti li huma utenti ta’ Facebook jew Instagram b’interessi jew profili simili bħall-udjenzi personalizzati tagħna għall-iskop tal-kunsinna tar-reklami tagħna lil dawn l-udjenzi. Għal ipproċessar bħal dan, Meta hija l-kontrollur tad-data u l-avviż ta’ privatezza see tapplika għal dan l-ipproċessar.

Inti tista’ tara s-settings tar-reklamar tiegħek u taġġorna l-preferenzi tiegħek mal-fornitur ta’ servizz rilevanti fi kwalunkwe ħin.
 

(W) Dettalji tal-Kontrolluri

Sommarju – Dettalji tal-Kontrolluri

Hemm diversi entitajiet tal-Husqvarna Group li jaġixxu bħala Kontrolluri għall-finijiet ta’ dan l-Avviż ta’ Privatezza, li għandhom dettalji ta’ kuntatt differenti. Il-Kontrolluri rilevanti u d-dettalji ta’ kuntatt rispettivi tagħhom huma stabbiliti hawn taħt.

Għall-finijiet ta’ dan l-Avviż, il-Kontrolluri rilevanti huma:

PajjiżEntità kontrollurDettalji ta’ kuntatt
Il-pajjiżi kollhaHusqvarna AB (publ.)Drottninggatan 2, SE-561 82 Huskvarna, l-Iżvezja
L-AwstrijaHusqvarna Austria GmbHIndustriezeile 36, AT-4010 Linz
Il-BelġjuHusqvarna Belgium SAAvenue des Artisans 50, ZI no 2, BE-7822 Ath
Il-BulgarijaConstruction Tools EOOD100 Tutrakan blvd, 7000 Ruse
Il-BulgarijaDiamond Tool Supply BG EOOD159 Dondukov Blvd., floor 7, BG-1527 Sofia
Ir-Repubblika ĊekaHusqvarna Cesko s.r.o.Türkova 2319/5b, CZ-14900 Praha 4 - Chodov
Ir-Repubblika ĊekaHusqvarna Manufacturing CZ s.r.o.Jesenicka e.p. 146, CZ-79326 VRBNO POD PRADEDEM
Ir-Repubblika ĊekaSILESMONT, s.r.o.Konská 742, 739 61 Trinec
Ir-Repubblika ĊekaSTEELTECH, CZ s.r.o.Prumyslová 700, CZ-73961 Trinec
Id-DanimarkaHusqvarna Danmark A/SLejrvej 19, st, DK-3500 Værløse
L-EstonjaHusqvarna Eesti OsaühingValdeku 132, EE-11216 Tallinn
Il-FinlandjaOy Husqvarna AbJuurakkotie 5B2, FI-01510 Vantaa
FranzaHusqvarna France S.A.S.9-11 Allée des Pierres Mayettes, FR-92635 Gennevilliers, Gennevilliers cedex
FranzaHusqvarna Construction Products France S.A.S.7, rue des Arches - CS 33402, FR-41034 Blois Cedex
Il-ĠermanjaGARDENA GmbHHans-Lorenser-Straße 40, 89079 Ulm
Il-ĠermanjaGARDENA Deutschland GmbHHans-Lorenser-Straße 40, 89079 Ulm
Il-ĠermanjaGARDENA Manufacturing GmbHHans-Lorenser-Straße 40, 89079 Ulm
Il-ĠermanjaHusqvarna Deutschland GmbHHans-Lorenser-Straße 40, 89079 Ulm
Il-ĠermanjaHusqvarna Store GmbHFriedrich-List-Straße 7, 89250 Senden
Il-GreċjaHusqvarna Greece SAIndustrial Area of Inofyta, 54th km Athens-Lamia, GR-32011 Inofyta, Beotia
L-UngerijaHusqvarna Hungary Ltd.Ezred u. 1-3, HU-1044 Budapest
L-IrlandaHusqvarna Finance International Limited8th Floor, Block E, Iveagh Court, Harcourt Road, Dublin 2
L-IrlandaHusqvarna Finance Ireland Limited9th Floor, Block E, Iveagh Court, Harcourt Road, Dublin 2
L-ItaljaHusqvarna Italia S.p.A.Via Santa Vecchia, 15, IT-23868 Valmadrera
Il-LatvjaSIA Husqvarna LatvijaUlbrokas str. 19A, LV-1021 LV-1021
Il-LitwanjaUAB Husqvarna LietuvaAteities pl. 77c, LT-52104 Kaunas
In-NetherlandsHusqvarna Nederland B.V.Jool Hulstraat 20-22, 1327 HA Almere
In-NorveġjaHusqvarna Norge ASTroeskenveien 36, NO-1708 Sarpsborg
Il-PolonjaHusqvarna Poland Sp. z o.o.ul. Burakowska 14, PL-01-066 Warszawa
Il-PortugallHusqvarna Portugal, S.A.Edificio Diamant Boart - Lagoa - Albarraque, 2635-595 Rio de Mouro
Is-SlovakkjaHusqvarna Slovensko s.r.o.Revolucna 573, 031 05 Liptovsky Mikulas
SpanjaHusqvarna España S.A.Calle de Rivas, no 10, Vicalvaro district, ES-28052 Madrid
L-IżvezjaHusqvarna AB (publ)Drottninggatan 2, SE-561 82 Huskvarna
L-IżvezjaHusqvarna Commercial Solutions ABDrottninggatan 2, SE-561 82 Huskvarna
L-IżvezjaHusqvarna Stockholm ABHerrestavägen 15, SE-177 38 Järfälla
L-IżvezjaHTC Sweden ABKlevvägen 7, SE-614 92 Söderköping
L-IżvizzeraHusqvarna Schweiz AGIndustriestrasse 10, CH-5506 Mägenwil
Ir-Renju UnitHusqvarna UK Ltd.Preston Road, DL5 6UP NEWTON AYCLIFFE, Durham

Inkella, tista’ tikkuntattjana permezz https://privacyportal.husqvarnagroup.com. Jekk għandek xi mistoqsijiet relatati ma’ dan l-Avviż ta’ Privatezza tista’ tikkuntattjana wkoll fuq [email protected].

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Grupp tagħna jista’ jiġi kkuntattjat permezz tad-dettalji stabbiliti hawn fuq u jista’ jiġi kkuntattjat ukoll permezz ta’ email [email protected].

APPENDIĊI 1 – DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAL PAJJIŻ PARTIKOLARI

Sommarju – Dispożizzjonijiet Speċifiċi għal Pajjiż Partikolari

F’dan l-Appendiċi aħna stabbilixxejna d-dispożizzjonijiet li huma speċifiċi għal ċertu pajjiż. Kun af li d-dispożizzjonijiet f’dan l-Appendiċi japplikaw biss fir-rigward tal-pajjiż speċifikat.

(1) Il-Ġermanja

(R) Kummerċjalizzazzjoni Diretta

Proċedura ta’ Inklużjoni Doppja fl-Abbonament għall-Bullettini

Jekk titlobna nagħmlu dan b’mod espliċitu, aħna nibagħtulek il-bullettin tagħna dwar is-suġġetti li għażilt kif ukoll informazzjoni dwar il-kumpanija tagħna. Jekk jogħġbok kun af li l-kunsinna tista’ ssir biss wara li tkun erġajt ikkonfermajt it-talba għal abbonament tiegħek b’mod espliċitu fl-ambitu tal-proċedura ta’ inklużjoni doppja.

Id-data personali miġbura matul il-proċess tar-reġistrazzjoni għall-bullettin tintuża esklużivament biex jintbagħat u jiġi ppersonalizzat il-bullettin (eż. biex tiġi indirizzat b’ismek). Inti tista’ tirtira l-kunsens tiegħek għall-ħżin tad-data personali li tajtna bl-għan li nibagħtu l-bullettin fi kwalunkwe mument b’seħħ għall-futur. Sabiex tirtira l-kunsens tiegħek, kull bullettin fih link korrispondenti; inkella, tista’ wkoll tikkuntattjana direttament biex inkunu nistgħu nimplimentaw ir-revoka tiegħek. Aħna pprovdejna dettalji dwar il-kunsens mogħti lilna fl-email tal-inklużjoni doppja.

(U) Minorenni

Is-Siti tagħna mhumiex immirati lejn minorenni u aħna ma niġbrux Data Personali konxjament mingħand minorenni (minbarra applikanti). Jekk persuni taħt l-età ta’ 16-il sena jittrażmettulna data personali, dan ikun permess biss jekk il-ġenitur jew il-kustodju ta/tat l-kunsens tiegħu jew tagħha jew qabel/qablet mal-kunsens tal-minorenni. F’konformità mal-Artikolu 8(2) tal-GDPR, id-dettalji ta’ kuntatt tal-ġenitur jew kustodju jeħtieġ li jiġu pprovduti lilna sabiex nikkonvinċu ruħna bil-kunsens jew l-approvazzjoni tal-ġenitur jew kustodju. Din id-data u d-data tal-minorenni mbagħad tiġi pproċessata f’konformità ma’ dan l-Avviż ta’ Privatezza. Jekk insiru nafu li minorenni taħt l-età ta’ 16-il sena bagħat data personali lilna mingħajr il-kunsens tal-ġenitur jew kustodju legali, aħna nħassru d-data immedjatament.

(W) Dettalji tal-kontrolluri

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tagħna jista’ jiġi kkuntattjat permezz tad-dettalji stabbiliti hawn fuq u jista’ jiġi kkuntattjat ukoll permezz ta’ email fuq [email protected].

(2) L-Awstrija

(R) Kummerċjalizzazzjoni Diretta

Proċedura ta’ Inklużjoni Doppja fl-Abbonament għall-Bullettini

Jekk titlobna nagħmlu dan b’mod espliċitu, aħna nibagħtulek il-bullettin tagħna dwar is-suġġetti li għażilt kif ukoll informazzjoni dwar il-kumpanija tagħna. Jekk jogħġbok kun af li l-kunsinna tista’ ssir biss wara li tkun erġajt ikkonfermajt it-talba għal abbonament tiegħek b’mod espliċitu fl-ambitu tal-proċedura ta’ inklużjoni doppja.

Id-data personali miġbura matul il-proċess tar-reġistrazzjoni għall-bullettin tintuża esklużivament biex jintbagħat u jiġi ppersonalizzat il-bullettin (eż. biex tiġi indirizzat b’ismek). Inti tista’ tirtira l-kunsens tiegħek għall-ħżin tad-data personali li tajtna bl-għan li nibagħtu l-bullettin fi kwalunkwe mument b’seħħ għall-futur. Sabiex tirtira l-kunsens tiegħek, kull bullettin fih link korrispondenti; inkella, tista’ wkoll tikkuntattjana direttament biex inkunu nistgħu nimplimentaw ir-revoka tiegħek. Aħna pprovdejna dettalji dwar il-kunsens mogħti lilna fl-email tal-inklużjoni doppja.

(U) Minorenni

Is-Siti tagħna mhumiex immirati lejn minorenni u aħna ma niġbrux Data Personali konxjament mingħand minorenni (minbarra applikanti). Jekk persuni taħt l-età ta’ 16-il sena jittrażmettulna data personali, dan ikun permess biss jekk il-ġenitur jew il-kustodju ta/tat l-kunsens tiegħu jew tagħha jew qabel/qablet mal-kunsens tal-minorenni. F’konformità mal-Artikolu 8(2) tal-GDPR, id-dettalji ta’ kuntatt tal-ġenitur jew kustodju jeħtieġ li jiġu pprovduti lilna sabiex nikkonvinċu ruħna bil-kunsens jew l-approvazzjoni tal-ġenitur jew kustodju. Din id-data u d-data tal-minorenni mbagħad tiġi pproċessata f’konformità ma’ dan l-Avviż ta’ Privatezza. Jekk insiru nafu li minorenni taħt l-età ta’ 16-il sena bagħat data personali lilna mingħajr il-kunsens tal-ġenitur jew kustodju legali, aħna nħassru d-data immedjatament.

(3) L-Istati Uniti tal-Amerka

L-ebda leġiżlazzjoni ta’ privatezza tad-data ma ġiet adottata fl-Istati Uniti tal-Amerka. Minflok, stati differenti applikaw il-leġiżlazzjoni ta’ privatezza tad-data tagħhom stess (“Standards Statali”). Husqvarna tikkonforma mal-Istandards Statali kollha li daħlu fis-seħħ. Jekk toqgħod fl-Istati Uniti jew taċċessa s-sit web tal-Istati Uniti aħna se nipproċessaw id-data personali tiegħek f’konformità mal-Avviż ta’ Privatezza tal-Istati Uniti (disponibbli hawn: Privacy notice of husqvarna.com | Husqvarna US).
 

APPENDIĊI 2 - DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-APP, IS-SERVIZZ, IL-PRODOTT

Sommarju – Dispożizzjonijiet Speċifiċi għall-App, is-Servizz u l-Prodott

F’dan l-Appendiċi stabbilejna d-dispożizzjonijiet li huma speċifiċi għal ċertu app, servizz jew prodott. Kun af li d-dispożizzjonijiet f’dan l-Appendiċi japplikaw biss fir-rigward tal-app, is-servizz jew il-prodott speċifikati.

(1) Husqvarna Group-ID

Meta tirreġistra biex tuża xi Sit, App, prodott jew servizz minn tagħna, aħna se noħolqu Husqvarna Group-ID għalik biex tiġġestixxi l-kont tiegħek u tippermetti aċċess għal servizzi konnessi fi ħdan il-Husqvarna Group. Il-Husqvarna Group-ID tiegħek hija marbuta mad-dettalji ta’ reġistrazzjoni tiegħek (bħall-isem, l-indirizz tal-email u l-kredenzjali tal-login) u tgħinna nipprovdu esperjenza mingħajr xkiel fost is-servizzi tagħna. Mhux is-Siti, l-Apps, il-prodotti jew is-servizzi tagħna kollha jeħtieġu reġistrazzjoni (u għaldaqstant Husqvarna Group-ID). F’xi każijiet, li tinħoloq Husqvarna Group-ID hija fakultattiva u tiddependi fuq kif inti tagħżel li tinteraġixxi mas-servizzi tagħna.

Il-Husqvarna Group-ID tista’ tintuża biex taċċessa servizzi konnessi differenti fi ħdan il-Husqvarna Group.

Inti tista’ titlob tħassir tad-data personali tiegħek għal servizz speċifiku. F’każijiet bħal dawn, aħna se nħassru d-data personali rilevanti mis-sistemi tagħna. Madankollu, il-Husqvarna Group-ID tiegħek se tibqa’ attiva.

Jekk ma teħtiġx il-Husqvarna Group-ID tiegħek għal servizzi oħra, aħna se nipprovdu struzzjonijiet dwar kif tħassarha b’mod permanenti. Minflok, inti tista’ tħassar il-Husqvarna Group-ID inti stess billi ssegwi din il-link: https://app.scp.dss.husqvarnagroup.net/login

(2) Ipproċessar ta’ data personali fi ħdan l-Apps, il-prodotti u s-sistema tal-Automower®

Min u għaliex?

Meta tirreġistra għal u tuża l-Apps tal-Automower® ta’ Husqvarna, Husqvarna AB (publ.) (“Husqvarna” jew “aħna”), bħala l-kontrollur, tipproċessa d-data personali tiegħek. Aħna se nipproċessaw id-data personali tiegħek sabiex:

  • Nipprovdulek l-Apps tal-Automower®. Il-bażi legali hija li l-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq tal-kuntratt li inti dħalt fih magħna jew biex tieħu passi qabel ma tidħol f’kuntratt magħna.
  • Niżviluppaw u ntejbu aktar il-prodotti u s-servizzi tagħna. Dan jinkludi karatteristiċi ta' analitika bħal traċċar tal-imġiba tal-utent għall-ottimizzazzjoni tal-App. Il-bażi legali hija l-kunsens tiegħek.
  • Ippermetti l-konnettività tal-prodotti tal-Automower® mas-sistema tal-Automower® (Internet tal-Oġġetti); uża integrazzjonijiet ta’ sħab (pereżempju assistenti intelliġenti, inklużi apparati li jaħdmu bil-vuċi); uża pjattaformi ta’ konnettività biex tqabbad Automower® ma’ apparati, apps u servizzi ta’ partijiet terzi; u ibni l-integrazzjoni tad-dar intelliġenti tiegħek stess. Il-bażi legali hija li l-ipproċessar huwa meħtieġ għall-prestazzjoni tal-kuntratt li inti dħalt fih magħna.
  • Nipprovduk b’informazzjoni rilevanti relatata mal-esperjenza tiegħek ta’ Automower® u s-sitema ta' Automower®. Il-bażi legali hija l-interess leġittimu tagħna li nżommuk infurmat dwar il-prodotti u s-servizzi speċifiċi tiegħek u l-karatteristiċi tagħhom.
  • Nipprovdulek appoġġ u soluzzjoni tal-problemi rigward il-prodotti, is-sistema u l-Apps tal-Automower®. Il-bażi legali hija li l-ipproċessar huwa meħtieġ għall-prestazzjoni tal-kuntratt li inti dħalt fih magħna. 

Jekk tajtna l-kunsens tiegħek (f’liema każ il-bażi legali hija l-kunsens tiegħek), nistgħu nipproċessaw ukoll id-data personali tiegħek għall-iskopijiet li ġejjin:

  • Nibagħtulek reklami u newsletters personalizzati dwar il-prodotti u s-servizzi tagħna.
  • Nibagħtulek stħarriġiet tal-klijenti u nanalizzaw l-input li tipprovdi kif deskritt aktar fid-dettall f’din il-komunikazzjoni.

Fil-mument li tikkonferma l-kont tiegħek ta' Automower® Applikazzjoni, nistgħu wkoll naqsmu ismek, l-indirizz tal-email tiegħek u l-pajjiż tiegħek ma' is-sħab tar-reklamar tagħna, jekk tkun tajt il-kunsens tiegħek għall-użu ta' cookies tal-kummerċjalizzazzjoni fuq is-Siti tagħna. Il-bażi legali hija l-kunsens tiegħek. Naqsmu d-data ma' dawn is-sħab sabiex: (i) inkejlu l-prestazzjoni tar-reklami tagħna; u (ii) nippermetti lis-sieħeb rilevanti jidentifikaw u jipprovdu r-reklami tagħna lil utenti li għandhom imġiba simili għal dawk li jagħmlu klikk fuq ir-reklami tagħna u sussegwentement jirreġistraw għas-servizzi tagħna. Kwalunkwe data li naqsmu hija psewdonimizzata u ma tistax tiġi konnessa miegħek mis-sieħeb tar-reklamar sakemm ma tkunx diġà pprovdejt din id-data lilhom fil-kuntest tar-relazzjoni tiegħek magħhom, jekk teżisti. 

Id-data tiegħek se tiġi proċessata għal kemm żmien ikun meħtieġ minn Husqvarna biex jiġu ssodisfati l-iskopijiet imsemmija hawn fuq, iżda taħt l-ebda ċirkostanza għal aktar minn kemm il-liġijiet applikabbli jippermettu.

Liema data personali nipproċessaw?

Aħna nistgħu nipproċessaw id-data personali li ġejja: 

  • dettalji personali: isem u kunjom, nazzjonalità, preferenzi lingwistiċi;
  • dettalji ta’ kuntatt: indirizz elettroniku;
  • informazzjoni tal-kont: età tal-kont, password, numru tal-kont;
  • data dwar il-pożizzjoni/post tal-GPS tal-lawn mower;
  • data oħra relatata mal-installazzjoni tal-Automower® tiegħek: isem tal-lawn mower, ismijiet tal-apparati konnessi , azzjonijiet attivati permezz tal-użu ta’ integrazzjonijiet tas-sħab, ismijiet taż-żoni u tal-ġnien; u
  • informazzjoni dwar l-apparat (eż. mudell, sistema operattiva, verżjoni tal-App).

Integrazzjonijiet tas-sħab

F Għal esperjenza aħjar għall-utent, aħna nippermettu l-integrazzjoni ta’ apparati kompatibbli minn manifatturi ewlenin fis-sistema tal-Automower® tagħna. Qed nintegraw ukoll it-teknoloġija tagħna fi pjattaformi ewlenin ta’ djar intelliġenti. Biex tuża dawn l-apparati/pjattaformi, trid torbot il-kont tal-utent tas-sieħeb tiegħek mal-kont tal-utent tal-App tal-Automower® u taqbel espliċitament mal-użu tal-apparat kompatibbli u l-konnessjoni mal-pjattaforma. Biex niżguraw funzjonalità bla xkiel, u bil-kunsens tiegħek, xi data personali miġbura mill-apparati tas-sħab tinħażen fis-sistemi tagħna u l-informazzjoni dwar l-istatus tal-apparati tiegħek tiġi mgħoddija lill-pjattaformi ta’ djar intelliġenti. Aktar informazzjoni dwar l-integrazzjonijiet tas-sħab tagħna tista’ tinstab fuq https://www.husqvarna.com/uk/learn-and-discover/smart-home-integration/.

Użu ta’ data dwar il-post

Uħud mis-servizzi tagħna jaħdmu biss jekk nistgħu niddeterminaw fejn tinstab il-mower tiegħek. Meta taqsam magħna fejn tinsab il-mower tiegħek, id-data tinħażen bħala parti mill-profil tiegħek u tista’ tintbagħat lil partijiet terzi f’forma psewdonimizzata biex jipprovdu s-servizz rilevanti (eż. biex jipparkjaw il-mower f’każ ta’ xita qawwija).

Il-monitoraġġ u l-kontroll tal-magna tal-ħaxix fl-App (eż. ġenerazzjoni ta' mappa tal-lawn, pożizzjoni ħajja, eċċ.) jaħdmu biss jekk il-magna tal-ħaxix tibgħatilna l-koordinati ġeografiċi tagħha. Id-data tiġi maħżuna bħala parti mill-profil tiegħek u tintuża biex jiġu pprovduti s-servizzi, biex jinstabu soluzzjonijiet għall-problemi u għall-iżvilupp ulterjuri tat-teknoloġija. L-Apps jistgħu jużaw fornitur ta' parti terza biex juru d-data tal-mappa (għall-Automower® Connect, jintuża Google Maps).

Google Firebase 

Aħna nużaw Google Firebase, servizz ipprovdut minn Google Ireland Limited, biex nanalizzaw l-użu tal-app u niżguraw u ntejbu l-prestazzjoni. Is-servizzi ta’ Firebase jgħinuna nifhmu l-interazzjonijiet tal-utent, nimmonitoraw l-istabbiltà tal-app u niżguraw u nottimizzaw il-funzjonalità. 
Attwalment, aħna nużaw:

  • Google Analytics għal Firebase – jittraċċa l-imġiba tal-utent u l-prestazzjoni tal-app.
  • Firebase Crashlytics – jipprovdi rapportar ta' ħsarat għas-soluzzjoni tal-problemi, meħtieġ biex tiġi żgurata l-funzjonalità tal-App.
  • Firebase Performance Monitoring – jimmonitora l-prestazzjoni tal-app fost netwerks u apparati.

Firebase tipproċessa data f’isimna taħt il-Ftehim ta’ Proċessar tad-Data. Id-data tista’ tinkludi identifikaturi psewdonimizzati, informazzjoni dwar l-apparat u logs ta’ interazzjoni. Id-data tista’ tinħażen f’reġjuni ta’ Google Cloud inkluż barra l-UE/ŻEE. It-trasferimenti huma salvagwardjati mill-Qafas ta’ Privatezza tad-Data tal-UE-U.S. U l-Klawżoli Kuntrattwali Standard. Għal aktar dettalji, ara Privacy and Security in Firebase.

Aktar informazzjoni

Aħna dejjem se nużaw id-Data Personali tiegħek f’konformità mal-Avviż ta’ Privatezza tagħna. Inti tista’ ssib aktar informazzjoni dwar kif aħna nipproċessaw id-data tiegħek, ma’ min naqsmuha, liema drittijiet għandek u aktar dettalji ta’ kuntatt magħna fl-Avviż ta’ Privatezza.

(3) Ipproċessar ta’ Data Personali fi ħdan l-aċċessorju ta’ viżjoni tal-Automower® tagħna

Waqt li tkun qed tuża l-aċċessorju ta’ viżjoni għall-Automower® Nera ta’ Husqvarna, Husqvarna AB (publ.) (“Husqvarna” jew “aħna”) se nipproċessaw id-data personali ta’ kull min jidher fil-firxa tiegħu sabiex:

  • Nattivaw id-detezzjoni tal-oġġetti tagħna u n-navigazzjoni viżiva biex tippermetti lill-mower jevita oġġetti u nistimaw il-veloċità u d-direzzjoni waqt il-qtugħ tal-ħaxix. Il-bażi legali hija l-interess leġittimu tagħna li nħallu lill-mower isuq matul il-lawn kollu mingħajr kolliżjonijiet jew simili.
  • Ninformaw lill-utent li ż-żona li fiha jrid jinqata’ l-ħaxix trid tiġi żbarazzata minn oġġetti li qegħdin fit-triq tal-mower waqt il-qtugħ tal-ħaxix. Il-bażi legali hija l-interess leġittimu fil-qtugħ tal-lawn kollu u li nagħtu lill-utenti esperjenza tajba.

Liema Data Personali nipproċessaw?

Aħna nistgħu nipproċessaw id-Data Personali li ġejja:

  • Mapep tal-lawn tiegħek;
  • Dettalji tal-immaġni: aħna nistgħu nipproċessaw immaġnijiet ta’ kull persona fi jew fil-viċinanza taż-żona li fiha jrid jinqata’ l-ħaxix. Dawn l-immaġnijiet se jiġu analizzati u jitħassru minnufih fil-mower. Aħna mhux se nidentifikaw xi persuni permezz tal-aċċessorju tal-viżjoni;

Aktar informazzjoni 

Id-deċiżjoni jekk oġġett huwa persuna naturali jew le hija awtomatizzata. Dan ma għandu l-ebda effett fuq l-informazzjoni mogħtija fit-taqsima “(I) Profiling”. Din id-deċiżjoni awtomatizzata mhux qed tagħmel profiling u mhux se tipproduċi xi effetti legali li jikkonċernaw l-individwu. Aħna se nħassru kwalunkwe immaġni minnufih fil-mower u ħadd ma jista’ jara l-immaġni oriġinali fir-rekords tal-mower.

(4) Ipproċessar tad-Data Personali fi ħdan GARDENA Bluetooth® App

Min u għaliex? 

Meta inti tuża l-GARDENA Bluetooth® App, GARDENA GmbH (“GARDENA” jew “aħna”), bħala l-kontrollur, se nipproċessaw id-Data Personali tiegħek. Aħna se nipproċessaw id-data tiegħek sabiex:

  • Nipprovduk bil-GARDENA Bluetooth® App u l-funzjonalitajiet tagħha (e.g., il-konfigurazzjoni tal-apparat, l-iskedar, pawża waqt ix-xita, bidliet fil-PIN tal-mower) . Il-bażi legali hija li l-ipproċessar huwa meħtieġ għall-prestazzjoni tal-kuntratt li inti dħalt fih magħna jew biex jittieħdu passi qabel ma tidħol f’kuntratt magħna.
  • Inkomplu niżviluppaw u ntejbu l-prodotti u s-servizzi tagħna (inkluż troubleshooting u ottimizzazzjoni tal-prestazzjoni tal-app). Il-bażi legali hija l-kunsens tiegħek għall-iżvilupp u t-titjib tal-prodotti u s-servizzi tagħna, inkluż troubleshooting u l-ottimizzazzjoni tal-prestazzjoni tal-app. Dan jinkludi karatteristiċi tal-analitika bħat-traċċar tal-imġiba tal-utent għall-ottimizzazzjoni tal-app.
  • Ippermetti l-feedback tal-app u l-komunikazzjoni (jekk tagħżel li tipprovdi feedback). 
    Il-bażi legali hija l-interess leġittimu tagħna f’li nevalwaw u ntejbu s-servizzi tagħna.

Id-data tiegħek se tiġi proċessat għal kemm huwa meħtieġ minna biex nissodisfaw l-iskopijiet imsemmija hawn fuq, iżda taħt l-ebda ċirkostanza għal aktar minn kemm il-liġijiet applikabbli jippermettu.  

Liema Data Personali nipproċessaw? 

Aħna nistgħu nipproċessaw id-Data Personali li ġejja meta inti tuża l-app:

  • Informazzjoni dwar l-apparat (eż. il-mudell, is-sistema operattiva, il-verżjoni tal-app)
  • Data dwar l-użu tal-app (eż. skrins li rajt, id-durata tas-sessjoni, interazzjonijiet)
  • Dettalji tal-feedback (eż. indirizz tal-email, tip tal-apparat, setting tal-pajjiż)
  • Dijanjostika u crash reports (jekk attivati)
  • Identifikaturi tar-reklamar (eż. IDFA/GAID, jekk mhux diżattivat)

Biex tuża GARDENA Bluetooth® App u l-funzjonalitajiet tagħha mhuwiex meħtieġ li toħloq kont tal-utent ma’ GARDENA jew il-grupp ta’ kumpaniji tagħna, il-Husqvarna Group (Husqvarna Group ID).  

L-użu ta’ data tal-post 

Aħna ma niġbrux jew ma naħżnux data tal-post għall-GARDENA Bluetooth® App. Għal apparati Android, permessi tal-post jistgħu jkunu meħtieġa biex jattivaw skanjar bil-bluetooth b’enerġija baxxa (Bluetooth Low Energy - BLE) minħabba rekwiżiti speċifiċi għall-Android. Dan il-permess jintuża biss għal-lokalizzazzjoni u l-konnessjoni ta’ apparati GARDENA fil-qrib u mhuwiex aċċessat jew maħżun minna.

Google Firebase 

Aħna nużaw Google Firebase, servizz ipprovdut minn Google Ireland Limited, biex nanalizzaw l-użu tal-app u ntejbu l-prestazzjoni. Is-servizzi ta’ Firebase jgħinuna nifhmu l-interazzjonijiet tal-utent, nimmonitoraw l-istabbiltà tal-app u nottimizzaw il-funzjonalità. 
Attwalment, aħna nużaw:

•    Google Analytics għal Firebase – jittraċċa l-imġiba tal-utent u l-prestazzjoni tal-app. 
•    Firebase Crashlytics – jipprovdi crash reporting għal troubleshooting. 
•    Firebase Performance Monitoring – jimmonitora l-prestazzjoni tal-app fost networks u apparati.

Firebase tipproċessa data f’isimna taħt il-Ftehim ta’ Proċessar tad-Data. Id-data tista’ tinkludi identifikaturi psewdonimizzati, informazzjoni dwar l-apparat u logs ta’ interazzjoni. Indirizzi IP huma anonimizzati qabel it-trasferiment. Id-data tista’ tinħażen f’reġjuni ta’ Google Cloud inkluż barra l-UE/ŻEE. It-trasferimenti huma salvagwardjati mill-Qafas ta’ Privatezza tad-Data tal-UE-U.S. U l-Klawżoli Kuntrattwali Standard. Għal aktar dettalji, ara Privacy and Security in Firebase.

Aktar informazzjoni 

Aħna dejjem se nużaw id-Data Personali tiegħek f’konformità mal-Avviż ta’ Privatezza tagħna. Inti se ssib aktar informazzjoni dwar kif aħna nipproċessaw id-data tiegħek, ma’ min naqsmuha, liema drittijiet għandek u aktar dettalji ta’ kuntatt magħna fl-Avviż ta’ Privatezza tagħna. 
 

2026-04-17