Skip to main content

Id-Drittijiet tas-Suġġett tad-Data

Soġġett għal-liġi applikabbli, inti jista' jkollok numru ta' drittijiet rigward l-ipproċessar tad-data personali tiegħek imwettqa mill-Husqvarna Group. Fir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (il-“GDPR”), dawn id-drittijiet huma stabbiliti fil-Kapitolu III  (Id-drittijiet tas-suġġett tad-data).

Id-drittijiet tas-suġġett tad-data jittraduċu ruħhom f'għadd ta' obbligi fuq organizzazzjonijiet fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali tiegħek. Xi wħud mid-drittijiet ifissru wkoll li inti tista' tressaq talba b'mod attiv rigward id-data personali tiegħek. Inti tista' titlob li teżerċita d-drittijiet li ġejjin fi kwalunkwe ħin fuq dan il-portal:

  • Id-Dritt ta' Aċċess: Inti għandek id-dritt li titlob aċċess għad-data personali tiegħek, jew kopji tagħha, flimkien ma' informazzjoni rigward in-natura, l-ipproċessar u l-iżvelar ta' dik id-data ara GDPR Artikolu 15).
  • Id-Dritt għal Rettifika (Korrezzjoni): Inti għandek id-dritt li titlob li jiġu kkoreġuti kwalunkwe ineżattezzi fid-data personali tiegħek u/jew li data mhux kompleta timtela meta applikabbli (ara GDPR Artikolu 16).
  • Id-Dritt għal Tħassir (‘Id-Dritt li tkun Minsi’): Inti għandek id-dritt li titlob li d-data personali tiegħek titħassar (ara GDPR Artikolu 17). Id-dritt mhuwiex assolut u japplika biss f'ċerti ċirkostanzi.
  • Id-Dritt għal Restrizzjoni tal-Ipproċessar: Inti għandek id-dritt li titlob restrizzjoni tal-ipproċessar tad-data personali tiegħek f'ċerti ċirkostanzi (ara GDPR Artikolu 18). Dan ifisser li inti tista' tillimita l-mod kif nużaw id-data tiegħek. Din hija alternattiva għat-talba tat-tħassir tad-data tiegħek.
  • Id-Dritt għall-Portabbiltà tad-Data: Inti għandek id-dritt li tirċievi data personali li tkun ipprovdejtilna f'format strutturat, użat komunement u li jinqara permezz ta' magna. Jagħtik ukoll id-dritt li titlob li nittrażmettu din id-data direttament lil kontrollur ieħor. Id-dritt japplika biss meta l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-kunsens tiegħek jew għall-prestazzjoni ta' kuntratt, u l-ipproċessar kurrenti tad-data tiegħek jitwettaq b'mezzi awtomatizzati (ara GDPR Artikolu 20).
  • Id-Dritt ta' Oġġezzjoni: Inti għandek id-dritt li toġġezzjona għal ċertu pproċessar (inkluż eż. ipproċessar ibbażat fuq interess leġittimu u pproċessar għal finijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta (ara GDPR Artikolu 21). Meta toġġezzjona għal dan l-ipproċessar, aħna rridu nwaqqfu l-ipproċessar ta' dik id-data sakemm ma jkollniex raġunijiet leġittimi biex inkomplu nipproċessaw id-data tiegħek. Din l-eżenzjoni ma tapplikax meta nipproċessaw id-data personali għal finijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta; jekk aħna nirċievu oġġezzjoni mingħandek irridu dejjem nieqfu nipproċessaw id-data għal dawn il-finijiet.
  • Id-Dritt li Toġġezjona għat-Teħid tad-Deċiżjonijiet Awtomatizzati u t-Tfassil ta' Profil Inti għandek id-dritt li ma tkunx soġġett għal deċiżjoni meħuda mingħajr intervent uman, inkluż dawk id-deċiżjonijiet bbażati fuq it-tfassil ta' profil, li għandhom effett legali jew ugwalment sinfikanti fuqek. Dan jista' pereżempju jkun l-ipproċessar li juża algoritmi biex tagħmel deċiżjonijiet li jistgħu jaffettwawk b'mod sinifikanti (ara GDPR Artikolu 22).

Meta aħna mipproċessaw id-data personali tiegħek abbażi tal-kunsens tiegħek, inti għandek id-dritt li tirtira dak il-kunsens (filwaqt li jiġi nnotat li dak l-irtirar ma jaffettwax il-legalità ta' kwalunkwe pproċessar imwettaq qabel id-data li fiha nirċievu avviż ta' dan l-iritrar, u li ma jipprevenix l-Ipproċessar tad-data personali tiegħek fuq kwalunkwe bażi legali disponibbli oħra). Inti tista' tuża l-opzjoni “Għandi mistoqsija jew nixtieq inressaq ilment” fil-Formola DSR biex tirtira l-kunsens tiegħek.

Ara l-Avviż dwar il-Privatezza tagħna għal aktar informazzjoni rigward id-drittijiet legali tiegħek bħala suġġett tad-data.

Il-preżentazzjoni ta' talba

L-aktar mod faċli kif teżerċita kwalunkwe wieħed mid-drittijiet tiegħek huwa billi ddaħħal it-talba tiegħek fil-Formola ’tad-Drittijiet’tas-Suġġett tad-Data (“DSR”) fuq dan il-portal. Il-Formola DSR hija mfassla fit-tliet passi li ġejjin:

  1. Mistoqsijiet obbligatorji rigward:
    1. Liema dritt(ijiet) tixtieq teżerċita, jew jekk għandek mistoqsija jew ilment.
    2. Ir-relazzjoni tiegħek ma' Husqvarna Group, biex tgħinna nistaqsuk l-inqas mistoqsijiet dettaljati rilevanti possibbli fil-passi li ġejjin.
    3. Ismek u l-informazzjoni ta' kuntatt tiegħek, biex tgħinna nikkonfermaw l-identità tiegħek u nikkuntattjawk wara li nirċievu t-talba tiegħek.
  2. Mistoqsijiet ibbażati fuq liema dritt(ijiet) u relazzjoni inti għażilt fl-1 Pass sabiex tkompli tgħinna nidentifikawk malli nirċievu t-talba tiegħek.
  3. Mistoqsijiet aktar iddettaljati rigward id-dritt(ijiet) tiegħek li inti qed titlob li teżerċita, biex tgħinna nifhmu direttament it-talba tiegħek fid-dettall.

Wara li tippreżenta talba

Id-data personali li inti daħħalt fuq dan il-portal se tiġi pproċessata f'konformità mal-Avviż dwar il-Privatezza tagħna bil-għan li tiġi mmaniġġjata u mwieġba kif ukoll għal konformità mat-talba tiegħek. Numru żgħir biss ta' persunal awtorizzat fi ħdan il-Husqvarna Group se jkollu aċċess għat-talba(talbiet) tiegħek u kwalunkwe data personali li hija aċċessata jew inkella pproċessata biex tiġi mmaniġġjata t-talba tiegħek wara li inti tkun’ ippreżentajtha.

Wara li nirċievu t-talba tiegħek, fi żmien ftit ġranet se nipprovdulek Request ID (permezz tal-informazzjoni ta' kuntatt li inti’ pprovdejt). Jekk ikollok xi mistoqsijiet ta' segwitu jew tixtieq tiċċara, timmodifika jew tikkanċella t-talba tiegħek, jekk jogħġbok ipprovdina bir-Request ID tiegħek.

Kif meħtieġ skont il-GDPR, aħna se nipproċessaw it-talba tiegħek kemm jista' jkun malajr u, fejn meħtieġ skont il-GDPR, fi żmien xahar; jew fi żmien xahar sa tliet xhur fil-każ ta' livelli għoljin ta' kumplessità u/jew numru kbir ta' talbiet (ara GDPR artikolu 12). Jekk jogħġbok innota li dan il-perjodu ta' żmien ma japplikax għal mistoqsijiet ġenerali.

Meta nkunu pproċessajna u ffinalizzajna t-talba tiegħek (eż. weġibna l-mistoqsija tiegħek jew ipprovdejnik bl-informazzjoni li inti tlabt), aħna se nipprovduk b'notifika ta' għeluq (inkluż kwalunkwe attachment meta applikabbli) permezz tad-dettalji ta' kuntatt li tkun ipprovdejtilna. 30 jum wara li nkunu pprovdejnik bin-notifika tal-għeluq, it-talba tiegħek se tingħalaq b'mod permanenti u kwalunkwe data personali fit-talba se titħassar jew tiġi anonimizzata (inkluż kwalunkwe attachment fejn applikabbli) sakemm ma jkollniex raġuni valida biex inżommu dik id-data.

Aktar informazzjoni

Għal aktar informazzjoni rigward il-GDPR u d-Drittijiet tas-Suġġett tad-Data, jekk jogħġbok żur:

Inti tista' tistaqsina wkoll mistoqsijiet relatati ma' kif Husqvarna jipproċessa u jipproteġi d-data personali billi żżur il-Formola DSR fuq dan is-sit web u tagħżel l-opzjoni “Jiena għandi mistoqsija jew nixtieq inressaq ilment fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali tiegħi”.